FTEHIM KOLLETTIV

BEJN

SIMONDS FARSONS CISK PLC

U

IT-TAQSIMA OSPITALITÀ U IKEL

TAL-GENERAL WORKERS' UNION

01.01.2014 - 31.12.2018

New

DAĦLA

Ftehim li ntlaħaq illum, 30 ta’ Jannar 2015, bejn Simonds Farsons Cisk plc u t-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-General Worker's Union, Union reġistrata uffiċjalment skont l-Att ta’ 2002 tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali li fid-data ta’ dan il-Ftehim tirrappreżenta l-maġġoranza tal-impjegati tal-Kumpanija koperti b’dan il-Ftehim, u kif murija f’Appendiċi “B” li permezz tiegħu hu miftiehem dan li ġej:

1.PREAMBOLU

(i)Billi l-Kumpanija u l-Union jaqblu illi relazzjoni stabbli, paċifika u armonjuża bejn il-Kumpanija u l-Union hija mixtieqa miż-żewġ partijiet sabiex tilwim industrijali, li jista’ jġib miegħu telf finanzjarju kemm għall-impjegati kif ukoll għall-Kumpanija, jista’ jiġi evitat, u sabiex il- prosperità, il-ġid u t-tħaddim b’mod mgħaġġel u effiċjenti tal-intrapriża jistgħu jitkattru fl-aħjar interess ta’ kemm l-impjegati, kif ukoll ta’ dawk li iħaddmu, il-Kumpanija u l-Union jidħlu f’dan il-Ftehim u jintrabtu li jimxu skont id-dispożizzjonijiet tiegħu u li jikkoperaw b’rieda tajba u sħiħa biex iżommu l-prinċipji stipulati f’dan il-Ftehim.

(ii)Iż-żewġ partijiet f’dan il-Ftehim, li minn rajhom u volontarjament, iltaqgħu flimkien biex jiddeċiedu u wara jirregolaw ir-relazzjonijiet ta’ bejniethom fi-interess ta’ komprensjoni u koperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet, ftehmu dwar li ġej:

Il-partijiet jaqblu li għal fini ta’ dan il-Ftehim, l-ewwel sena ta’ dan il-Ftehim (2014) hija ‘moratorium’ u l-ebda żidiet ma kienu applikabbli għajr għaż-żidiet statutorji u żidiet li kienu ngħataw bħala ‘bonus’ fil-perjodu 2011 sa 2013, hekk kif kien kontemplat fil-Ftehim Kollettiv li skada fil-31 ta’ Diċembru 2013.

2.GĦARFIEN U GĦAN

Il-Kumpanija tagħraf lill-Union li hija biss għandha l-jedd li tinnegozja għal u f’isem il-ħaddiema, kif jidhru f’Appendiċi “B” ta’ dan il-Ftehim, iżda l-Kumpanija iżżomm id-dritt li ma tibqax tagħraf lill-Union minnufih jekk il- membri li jkunu qegħdin iħallsu s-sħubija sħiħa tagħhom tal-Union ma jkunx għadhom ilaħħqu l-ħamsin fil-mija u wieħed (50% + 1) tal-għadd tal-impjegati konfermati, koperti b’dan il-Ftehim, reġistrat fuq il-kotba tal-Kumpanija u li jidhru f’Appendiċi “B”.

3.PERJODU

Dan il-Ftehim idum iseħħ għall-perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-aħħar tax-xahar ta’ Ottubru 2018 kull pard għandha tgħaddi lill-parti l-oħra il-proposti ta’ tibdil jekk trid tbiddel.

Jekk l-ebda parti ma tippreżenta proposti ta’ tibdil matul ix-xahar ta’ Ottubru 2018, il-Ftehim awtomatikament jiġi mġedded, għal perjodu suċċessiv ta’ tnax- il xaħar mill-aħħar ġurnata tas-seħħ tiegħu.

4.SUĠĠETT

It-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg li jkunu japplikaw għall-impjegati tal- Kumpanija koperti b’dan il-Ftehim għandhom ikunu dawk kif miftiehma bejn il-Kumpanija u l-Union kif hemm provdut f’dan il-Ftehim.

Jekk matul iż-żmien li jkun qed iseħħ dan il-Ftehim, l-impjegati kollha jew xi wħud mill-impjegati tal-Kumpanija, li bħalissa huma mseħbin fil-Union, jiddeċiedu li jitilqu mill-Union, jiffurmaw Union oħra, jew jingħaqdu ma’ xi għaqda oħra tax-xogħol, din il-bidla jew mossa simili ma jitqisux li għandhom jaffettwaw b’xi mod dak li jkunu daħlu għalih l-impjegati permezz ta’ dan il- Ftehim.

Matul il-validità ta’ dan il-Ftehim ma jista’ jsir ebda xorta ta’ tibdil fit-termini u kundizzjonijiet tal-impjieg jekk mhux bil-qbil bil-miktub miż-żewġ partijiet.

Jekk matul iż-żmien li jkun qed iseħħ dan il-Ftehim, is-sid tal-Kumpanija jinbidel, minħabba fi kwalunkwe raġuni, din il-bidla jew mossa simili ma titqisx li għandha taffettwa b’xi mod dak li daħlet għalih il-Kumpanija permezz ta’ dan il-Ftehim.

5.KLAUUSOLA TAL-MANIĠMENT

Il-viżjoni tal-Grupp Farsons hija li tkabbar in-negozju lokali u internazzjonali tagħha biex Il-Grupp Farsons jistabbilixxi ruħu bħala attur reġjonali fi ħdan is- settur tal-ikel u tax-xorb.

Għaldaqstant,it-tmexxija tan-negozju u t-tħaddim tal-impjantkif ukoll l-awtorità biex jitwettqu d-dmirijiet diversi kollha, il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet konnessi magħhomjinsabu f’idejn il-Kumpanija. L-eżerċizzju ta’ din l-awtorità m’għandux imur kontra dan il-Ftehim.

6.XOGĦOL U SIGURTÀ TAL-UNION

(a)U-Kumpanija tagħraf il-Union bħala r-rappreżentanta ewlenija tal-ħaddiema kif murija f’Appendiċi “B”, u għalhekk il-Kumpanija taqbel li tagħti kull għajnuna raġonevoli lill-Union fit-twettiq tax-xogħol Ieġittimu tagħha kif imfisser f’dan il-Ftehim. Għaldaqstant l-impjegati magħrufa mill-Kumpanija bħala r-rappreżentanti uffiċjali ta’ din l-istess Union għandhom ikunu ħielsa, soġġetti għall-subklawsola (b) ta’ din il-klawsola, li jwettqu l- attivitajiet tagħhom, mingħajr telf ta’ħlas, f’isem il-Union fir-relazzjonijiet tagħha mal- Kumpanija.

(b)Iż-żewġ partijiet jaqblu li:

(i)M’għandux ikun hemm ebda diskriminazzjoni favur jew kontra impjegati fid-dawl tas-sħubija jew nuqqas ta’ sħubija f’din l-istess Union.

(ii)Ebda naħa f’dan il-Ftehim m’għandha tippermetti li impjegati jiġu b’ xi mod intimidati, mhedda jew imrażżna.

(iii)M’għandha ssir ebda attività tal-Union waqt il-ħin tax-xogħol jew fuq il-proprjetà tal-Kumpanija jekk mhux bil-permess minn qabel tal-Kumpanija. Il-permess meħtieġ ma jiġix miċħud mingħajr raġuni valida.

(iv)Il-Union għandhatinformalill-Kumpanija,u żżommdin l-informazzjoni aġġornata, bl-ismijiet tal-uffiċjali tal-Kumitat tal-Union, kif ukoll ta’ xi rappreżentanti oħra akkredetati minnha, kif ikun xieraq.

Bi ftehim bejn il-Maniġment u l-Union jiġi pprovdut Leave Speċjali bi ħlas lir- rappreżentanti tal-Ħaddiema biex ikunu jistgħu jattendu Seminars.

Il-Kumpanija għandha tipprovdi lill-Union Notice Board. L-ebda avviż m’għandu jitwaħħal mingħajr il-permess tal-Maniġment.

7.ĠBIR TA' DRITTIJIET TA’ ĦLAS TA' SĦUBIJA

Il-Kumpanija taqbel li tgħin il-Union fil-ġbir tal-ħlas ta’ sħubija billi jsir tnaqqis mill-paga ta’ dawk l-impjegati li huma membri. Sabiex dan ikun jista’jsir skont kif mitlub mil-Liġi, il-Kumpanija teħtieġ awtorizzazzjoni valida u bil-miktub mingħand l-impjegat. Il-Kumpanija, min-naħa tagħha, għandha tgħaddi dawn il-ħlasijiet lill-uffiċjal tal-Union ikkonċernat.

8.EŻAMI MEDIKU

(a)L-impjegati ġodda kollha jkollhom joqogħdu għal eżami mediku li jsir mit-tabib tal-Kumpanija qabel l-impjieg konfermat tagħhom mal- Kumpanija.

(b)B’mod regolari, il-Kumpanija ser tkompli ssaħħaħ sistemi eżistenti li jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol billi tintroduċi sistemi ta’ medical screening f’dak li għandu x’jaqsam mal- vista tal-għajnejn - eye tests - u s-smigħ - audiometric tests. Dawn isiru minn nies kompetenti u kwaiifikati fuq rakkomandazzjonijiet mit-tabib tal-Kumpanija. Huwa ntiż li l-persuni jridu jsegwu il-pariri mogħtija lilhom mill-ispeċjalisti. Dawk li ma jsegwux dawn il-pariri jitqiesu b’mod dixxiplinarju.

9.PERJODU BI PROVA

L-impjegati ġodda wholetime kollha, jitqiesu li jkunu bi prova għal perjodu ta’ sitt xhur. Kemm jista’ jkun waqt iż-żmien ta’ prova, l-impjegat għandu jkun taħt sorveljanza bl-iskop li jitgħallem.

Madankollu, f’każ ta’ impjegati tekniċi u / jew amministrattivi li l-pagi tagħhom huma mill-inqas d-doppju tal-ammont tal-paga minima nazzjonali għal dik is- sena, l-impjegat ġdid jingħata kuntratt definit ta’ sena li wara s-sena jaqleb fuq bażi indefinit mingħajr żmien ta’ prova jekk il-kumpanija tibqa’ toffri l-istess impjieg lill-istess persuna u ssir rakkomandazzjoni pożittiva mis-superjuri tal- impjegat konċernat.

10. KIFTITQIES L-ANZJANITÀ

Għal fini ta’ kif jitqies it-tul ta’ servizz f’każ ta’ redundancies u/jew demotions, u għall-finijiet oħra kollha li jinstabu f’dan il-Ftehim, fejn hemm referenza għas-servizz fl-imgħoddi mal-Kumpanija, it-tul ta’ servizz f’sengħa/grad partikulari jiġi determinat biss skont il-kriterju tad-data tal-ewwel nomina għal dik is-sengħa/grad partikolari, soġġett għar-regoli dwar breaks fis-servizz kif jidher hawn taħt:

(a)Is-servizz ta’ qabel f’sengħa/grad ogħla, jew ekwivalenti, jgħodd għas- servizz f’sengħa/grad aktar baxxa.

(b)Is-servizz ta’ qabel ma jitqisx li jkun inkiser f’każ li impjieg f’sengħa/ grad jerga’ jingħata, fi żmien sena wara s-sensja mis-sengħa/grad minħabba redundancy; iżda break bħal dan fl-impjieg ma jkunx jgħodd għat-tul ta’ servizz.

(ċ) Is-servizz ta’ qabel jitqies li jkun intilef meta impjieg ikun ġie interrott volontarjament minn impjegat minħabba riżenja volontarja.

(d)Meta impjegat jinżamm mill-Kumpanija fuq leave bla ħlas minħabba mard, koiximent jew għal xi raġuni oħra, perjodu ta’ assenza bħal dan ma jitnaqqasx għal fini ta’ kif jitqies it-tul totali tas-servizz tiegħu.

(e)Meta impjegat jaqla’ l-permess mill-Kumpanija biex jieħu leave mingħajr ħlas għal kwalunkwe raġuni dan il-perjodu ta’ assenza ma jitnaqqasx għall-fini ta’ kif jitqies it-tul totali tas-servizz tiegħu.

11 .DEMOTIONS U REDUNDANCIES

Meta jiġu dikjarati redundancies u/jew isiru demotions fi grad partikulari, minħabba tnaqqis jew nuqqas ta’ xogħol, l-impjegat li jkollu l-inqas anzjanità f’dak il-grad partikolari għandu ordinarjament ikun l-ewwel li jingħata s-sensja jew jiġi demoted. Iżda meta impjegat, li jkun qed jiġi demoted, qabel kellu, fuq bażi permanenti, impjieg b’rata ugwali jew aktar baxxa ta’ paga f’sengħa oħra jew grad ieħor, huwa jista’ jagħżel li jiġi trasferit għal dak l-impjieg li kellu qabel, jekk ikollu anzjanità akbar f’dak il-grad mill-impjegat sostitwit.

F’dawn il-każijiet kollha, madankollu, kull devjazzjoni mill-prinċipji involuti minħabba raġunijiet li m’hemmx kontrol fuqhom, għandha tiġi miftiehma mal- Union u qbil tal-Union m’għandux jiġi miżmum b’mod mhux raġonevoli.

12.PROMOZZJONIJIET U MILI TA' VAKANZI

(a)F’każ ta’ promozzjonijiet u/jew mili ta’ vakanzi skont il-proċeduri ta’ kif jimtlew il-vakanzi, il-Kumpanija għandha tqis il-kwalifiki meħtieġa għall-vakanza kkonċemata, billi tingħata konsiderazzjoni xierqa lill- kapaċità, l-effiċjenza, l-anzjanità, l-adattament u l -Performance record ġenerali tal-applikant mal-Kumpanija. L-ewwel preferenza għandha tingħata lill-ħaddiema permanenti li jinsabu impjegati fi żmien meta ssir l-għażla, kemm-il darba jinstabu addattati mill-Maniġment.

(b)Vakanzi li jkunu dikjarati mill-Kumpanija għandhom jiġu mxandra fost l-impjegati u jintlaqgħu applikazzjonijiet minn dawk l-impjegati li jkollhom il-kwalifiki/kwalitajiet meħtieġa, skont kif jiġi mitlub fl- avviż tal-Kumpanija. Meta u sakemm ikun possibblx, talba biex jimtlew postijiet vakanti għandha, l-ewwel issir minn dak il-grad li jmiss taħt il- grad tal-postijiet vakanti. F’każ li ma jinstabux applikanti addattati minn fost l-impjegati biex timtela din il-vakanza, il-Kumpanija tist’ tfittex li tiġi mimlija l-vakanza minn applikanti minn barra l-Kumpanija.

Ir-riżultat ta’ kull Bord tal-Għażla għandu jiġi ppubblikat b’isem il- persuna magħżula fi żmien tletin (30) ġumata mid-data tal-għeluq tal- avviż. L-applikant li ma jissodisfax il-Bord tal-Għażla jkollu sebat (7) ijiem żmien mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat, biex dan jekk irid ikun jaf x’wassal li ma ġiex magħżul.

(ċ) Rifjut ta’ promozzjoni min-naħa tal-impjegat m’għandha bl-ebda mod tippreġudika ċ-ċans li tingħatalu promozzjoni fil-futur.

(d)Promozzjoni għandha dejjem tirriżulta f’żieda fil-paga.

(e)Kull meta impjegat ikun promoss għal grad għola, dan ikun soġġett għal żmien ta’ prova ta’ sitt (6) xhur. Lejn l-għeluq ta’ dan iż-żmien ta’ prova l-impjegat jiġi mgħarraf jekk huwiex ikkonfermat fil-grad jew le. Fil-każ li l-impjegat ma jiġix ikkonfermat fil-grad għola, l-impjegat jerġa’ lura fuq il-grad li kellu qabel mingħajr telf ta’ anzjanità.

(f)Meta impjegat jiġi promoss għal grad ta’ tekniku / amministrattiv, il- perjodu ta’ prova jkun ta’ sena. Waqt il-perjodu ta’ prova l-kumpanija tista’ tagħżel li l-impjegat jitħallas 90% tal-paga dovuta fil-grad il-ġdid u jissejjaħ Trainee Process Leader jew simili, skont it-titolu tal-pożizzjoni.

(g)(TAPPLIKA GHALL-INDUSTRIJALI BISS)

Temporanjament impjegat jista’ jiġi ordnat jaħdem fi grad għola, kif stipulat f’Appendiċi “E” u fil-Klawsola 39 (e), liema perjodu jista’ jkompli mingħajr ebda interruzzjoni għal tlettax-il (13) ġimgħa. Qabel ma jagħlaq dan il-perjodu, il-Maniġment għandu jiddeċiedi jekk jeżistix post permanenti u mhux ta’ natura staġjonali u liema post ikun ta’ grad għola. F’każ li l-Maniġment jiddeċiedi li l-post jeżisti permanenti u jkun ta’ grad għola, tinħareġ sejħa għall-Applikazzjoni għal mili ta’ Post Vakant, u ssir għażla minn fost l-applikanti. Il-mili ta’ dan il-post ikun soġġett għall-proċeduri stipulati f’subklawsoli (a), (b), (ċ), (d) u (e) ta’ din il-klawsola. Din is-subklawsola mhix valida fil-każ ta’ persuna H tkun bidlet impjegat li ikun marid jew leave fit-tul u meta jfieq ikun ser jirritoma għall-istess xogħol li kellu qabel.

(d)Hekk kif inhu applikabbli, meta jitqiesu l-promozzjonijiet u mili ta’ vakanzi, għandha ssir referenza mal-klawsola li tittratta t-taħriġ fil- Multiskilling, u l-aġġustamenti fil-gradi u fl-istruttura.

13.IRTIRAR

L-impjegati kollha għandhom jirtiraw mis-servizz tal-Kumpanija malli jilħqu l-età pensjonabbli skont il-liġi.

14. RIŻENJA U TEMM TA’ IMPJIEG

Fil-każijiet kollha ta’ temm tal-impjieg għajr fil-każ ta’ tkeċċija instantanja jew sommarja għandhom jiġu osservati dawn il-perjodi ta’ avviż skont kif tipprovdi

l-liġi:

(a)’il fuq minn xahar iżda mhux aktar minn sitt xhur servizz - avviż ta’ ġimgħa.

(b)’il fuq minn sitt xhur iżda mhux aktar minn sentejn servizz - avviż ta’ ħmistax

(ċ) ’il fuq minn sentejn iżda mhux aktar minn erba’ snin servizz - avviż ta’ erba’ ġimgħat

(d)’il fuq minn erba’ snin iżda mhux aktar minn seba’ snin servizz - avviż ta’ tmien ġimgħat

(e)’il fuq minn seba’ snin servizz - tiżdied ġimgtia mat-tmien ġimgħat tan- notice period għal kull sena sa massimu ta’ tnax-il ġimgħa.

F’każ ta’ temm ta’ servizz għal raġunijiet li ma jkunx għal tkeċċija istantanja jew sommarja, il-Kumpanija għandha tagħti mhux inqas mill-avviż meħtieġ skont il-kunti'atti msemmija hawn fuq jew ħlas minfloku. Bl-istess mod, l-impjegati kollha li jkunu jixtiequ jirriżenjaw mis-servizz mal-Kumpanija, għandhom jagħtu avviż ta’ mhux inqas mill-perjodi meħtieġa fil-kuntratti msemmija hawn fuq, jew, f’każ li impjegat jonqos milli jagħti avviż xieraq, huwa għandu jkun soġġett li jirrifondi lill-Kumpanija dawk il-flus preskritti bil-liġi li fil-preżent tistipula ħlas ugwali għal nofs (1/2) il-paga li għandha titħallas għal perjodu xieraq ta’ avviż. Dan għandu japplika wkoll jekk l-applikant jonqos milli jattendi għax-xogħol matul il-perjodu ta’ avviż, jew jonqos milli jtemm l-avviż sħiħ tiegħu.

15. IMPJIEG MILL-ĠDID

Jekk fi żmien perjodu ta’ sena, il-Kumpanija tkun qed iżżid in-numru tal- ħaddiema tagħha, hija għandha toffri impjieg f’xi grupp partikolari l-ewwel nett lill-impjegati li kellha qabel u li kienu ngħataw is-sensji minħabba tnaqqis jew nuqqas ta’ xogħol, billi terġa’ timpjegahom skont l-anzjanità li kellhom qabel f’dak il-grupp partikolari, kemm-il darba jkunu disponibbli għax-xogħol fi żmien perjodu raġonevoli. Huwa mifhum illi meta dawn l-impjegati ta’ qabel jerġgħu jiġu impjegati, huma għandhom jikkwalifikaw għal grupp ta’ anzjanità kif hemm provdut fil-Klawsola 10 paragrafu (b). Dan għandu wkoll ikun soġġett għal rifond ta’ xi gratuity li l-impjegat ikun seta’ rċeva meta ngħata s-sensja. L-impjegat ikun jista’jirrifondi xi gratuity li jkun irċieva f’perjodu ta’ żmien miftiehem mal-Maniġment. Impjegat li ma jimfondix din il-gratuity li tkun ingħatatlu, għandu jitqies bħala impjegat ġdid tal-Kumpanija.

16. STANDARDS TA' KWALITÀ

Il-Kumpanija impenjat ruħha u marbuta li tipproduċi xorb u tagħti servizzi tal- aqwa kwalità. Dan evidenti mill-fatt li l-Kumpanija uffiċjalment rikonoxxuta li taħdem skont Standards Internazzjonali ta’ Kwalità (ISO 9001: 2008, BRC, HACCP eċċ). Biex il-Kumpanija tibqa’ taħdem skont dawn l-istandards perjodikament ikun hemm ħtieġa li jinbidel il-mod kif isir ċertu xogħol u jkun hemm ħtieġa li regolarment jinżammu rekords mill-impjegati kollha. Għaldaqstant dawn il-ħtiġijiet huma konsidrati bħala parti integrali mid- dmirijiet tal-impjegati kollha.

Hekk kif dawn il-ħtiġijiet jevolvu u jinbidlu l-Maniġment iżomm lill-Union infurmata u jikkonsultaha.

17. TEKNOLOGIJA U ŻVILUPP

Il-Maniġment jerfa’ r-responsabbiltà li għandu sabiex jiggarantixxi ħajja Kummerċjali ta’ suċċess fit-tul taż-żmien għall-Kumpanija.

Dan jirrikjedi investiment kontinwu f’teknoloġija innovattiva u awtomatiċità tax-xogħol li j wasslu għal tibdil f’metodi, sistemi,manning u modi ta’ kif meħtieġ jaħdmu l-impjegati. F’uffiċini u f’postijiet kollha tax-xogħol, partikolarment fuq linji ta’ produzzjoni, dan ifisser li nitbiegħdu minn sistemi fejn impjegati jassumu xogħol riġidu u esklussiv fuq magna jew magni partikolari, għal sistemi fejn impjegati, bħala membri ta’ team, b’mod flessibbli, waqt ġurnata ta’ xogħol, jaħdmu fuq magni u jagħmlu xogħol differenti.

Hekk kif jiġru dawn l-iżviluppi l-maniġment jinvolvi l-Union permezz ta’ informazzjoni kontinwa u f’waqtha, diskussjoni u konsultazzjoni.

Il-Kumpanija terfa’ r-responsabbiltà li għandha li żżomm l-impjegati tagħha imħarrġin mal-ħtiġijiet Ii joħolqu t-teknoloġija innovattiva u l-awtomatiċità. Min-naħa tagħhom l-impjegati jobbligaw ruħhom li jaċċettaw u jipparteċipaw fit-taħriġ li tipprovdi l-Kumpanija.

18. L-OBBLIGI TAL-IMPJEGATI

Huwa l-obbligu ta’ kull impjegat li jġib ruħu b’mod raġonevoli billi josserva r-RegoIamenti tal-Kumpanija (Ara Appendiċi “F”) u li jwettaq bl-aħjar mod possibbli, l-ordnijiet leġittimi tas-Superjuri tiegħu.

Nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn ir-regolamenti jesponu l-impjegat għal passi dixxiplinari.

Taħt Appendiċi “Ċ” hemm imniżżlin l-obbligi ulterjuri tal-Technical Coordinators u Process Leaders Techical Trade Leaders.

Taħt Appendiċi “D” hemm imniżżlin l-obbligi ulterjuri tas-Security Guards u Security Assistants.

19.IS-SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI U L-UŻU KORRETT TAL-KOMPJUTERS FUQ IX-XOGĦOL

Minn żmien għal żmien il-Kumpanija toħroġ regolamenti dwar is-sigurtà tal- informazzjoni u l-użu kon'ett tal-kompjuters fuq ix-xogħol.

Il-Union tiġi infurmata hekk kif dawn ir-regolamenti jibdew joħorġu jew jiġu modifikati.

Nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti jistgħu jwasslu għal passi dixxiplinarji kontra l-impjegat.

20.(A) PROĊEDURI DUUAR KAŻI TA’ DIXXIPLINA

(a)F’każ ta’ nuqqas kontra r-Regolamenti tal-Kumpanija jew xi nuqqas ieħor, għandha tiġi ttrattata skont il-proċedura mniżżla hawn taħt:

(i)Hekk kif ikun hemm indikazzjoni ċara li sar xi nuqqas min-naħa tal- impjegat, dan għandu jiġi mwiddeb mis-Superjur immedjat tiegħu. Fil-proċedura ta’ dixxiplina, il-persuna li dwarha ser isir ir-rapport għandha tiġi informata mill-ewwel bir-rapport u tintalab li tiffirma u tgħaddi l-ewwel kummenti fuq ir-rapport qabel din tgħaddi għand il-maniġer tagħha, jew is-senior maniġer skont il-każ.

(ii)Hekk kif il-każ jiġi mressaq għall-attenzjoni tal-Maniġer tad- Dipartiment u skont kif titlob il-gravità tal-offiża, il-Maniġment jista’:

JEW

(x) iwiddeb lill-impjegat u/jew jingħata warning u jiddaħħal rapport fil-file personali tal-impjegat,

JEW

(y) jekk ikun il-każ fejn jinħass li għandhom jittieħdu passi dixxiplinari aktar serji, tinżamm investigazzjoni formali. Jekk mhux minħabba ċirkustanzi straordinarji jew f’każi ta’ natura kriminali, kull sforz għandu jsir sabiex il-proċeduri imsemmija jiġu konklużi fi żmien ħmistax-il (15) ġurnata tax-xogħol minn meta l-impjegat jiġi formalment infurmat li hemm rapport kontrih. Kemm fil-każ li tkun applikata paragrafu (x) kif ukoll jekk tkun applikata paragrafu (y) ta’ subklawsola (a)-(ii), is-subklawsoli msemmija hawn taħt japplikaw.

(iii)L-impjegat ikkonċernat għandu jiġi mgħarraf bil-miktub dwar l-akkuża miġjuba kontrih u li skont il-ħtieġa tkun sejra tinżamm investigazzjoni formali. L-impjegat jista’jagħżel li jirrispondi bil- miktub sa ħamest iiiem.

(iv)L-impjegat bil-/jew mingħajr l-għajnuna tar-rappreżentant tal- Union jingħata ċ-ċans li jiddefendi ruħu.

(v)F’każ li rapportjiġi reġistrat kontra r-rekord tal-impjegat, l-impjegat għandu jingħatalu kopja tar-rapport fil-ħin tar-reġistrazzjoni. L-impjegat jiġi mitlub biex u għandu jiffirma kopja tar-rapport bħala xhieda Ii hu qrah u jaf bih.

(b)Il-proċedura msemmija f’subklawsola (a) hija biex tiżgura li ebda rapport kontra xi impjegat ma jidħol fil-Personal File tiegħu mingħajr mal-impjegat ikun jaf bih u mingħajr majkollu ċ-ċans jiddefendi ruħu.

(ċ) L-imsemmi rapport m’għandux jinżamm fil-Personal File tal-impjegat għal aktar minn sentejn bil-kundizzjoni li fl-istess intervall ma jkunx hemm ebda rapport ieħor kontra l-impjegat.

(d)Sospensjoni instantanja jew sommarja mingħajr ħlas ta’ paga tista’ ddum biss sa sebat ijiem ta’ granet ta’ xogħol. Dan isir mingħajr preġudizzju għal dak li jista’ jiġi deċiż meta ssir l-investigazzjoni proprja u s-sospensjoni jew isseħħ u jiġi kkonfermat it-tul u n-natura tagħha jew taqa’ mingħajr ebda effett fuq l-impjegat.

20(B) Negliġenza li tcuassal għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol

II-kumpanija u l-union jaqblu li jfasslu sistema ta’ penalitajiet maqbula ma’ każijiet ta’ negliġenza li twassal għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol. Dawn iwasslu għal passi dixxiplinarji bħal sospensjoni eċċ. Din is-sistema titfassal bi qbil fuqha bejn iż-żewġ partijiet u għandha tiġi implementata sa Ottubru 2015.

21. SIGURTÀ TAL-KUMPANIJA U D-DRITT GĦAL TFITTXIJA

Kull impjegat għandu jaċċetta u jsegwi miżuri jew proċeduri ta’ Sigurtà waqt li dan ikun fuq il-propjetà tal-Kumpanija. Għaldaqstant, il-Kumpanija tirriserva d-dritt ta’ tfittxija lill-impjegati deħlin jew ħerġin mill-Kumpanija, li huwa wkoll fl-obbligu tagħhom li ma jwettqux krimini ta’ miżapproprijazzjoni jew atti li jistgħu jikkawżaw ħsara, serq ta’ propjetà tal-Kumpanija. Din it-tfittxija għandha ssir skont il-Liġi. Għaldaqstant, is-security giiarcl jista’ jsaqsi b’mod diskret li impjegat juri l-kontenut ta’ basktijiet u oġġetti oħra li persuna jista’ jkollha fil-bwiet, iżda tfittxija fuq il-persuna (body search) ma tistax issir.

Fejn ikun hemm suspett xieraq, min-naħa tal-maniġment, jew tal-uffiċjal tas- security, dan jista’ jsejjaħ l-għajnuna ta’ uffiċjali tal-pulizija.

L-ispezzjonar u tfittxija bħal dawn għandhom isiru b’mod diskret u b’kortesija u l-għażla għal tfittxija m’għandhiex timplika xi suspett.

F’każ ta’ tfittxija f’lockers tal-impjegati, l-impjegat li fil-locker tiegħu tkun se ssir tfittxija, obbligat ikun preżenti. Għandhom jiġu osservati r-regolamenti dwar iż-żamma u l-użu tal-lockers li għalih ikun iffirma l-impjegat.

22.PROĊEDURA DWAR ILMENTI

L-għan taż-żewġ partijiet f’dan il-Ftehim huwa li jwaqqfu l-mezzi għat-tneħħija bil-ħeffa u li jwassal għal ftehim amikevoli ta’ kull ilment li jista’jinqala’ dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tat-termini ta’ dan il-Ftehim.

Għalhekk jekk jinqala’ xi Iment li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ qbil bejn il- Kumpanija u l-impjegat tagħha, jew il-Union, dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, għandu jsir sforz ħerqan biex jiġi rrangat dan l-ilment skont il-proċedura li ġejja:

(a)Kull ilment magħmul minn impjegat għandu jiġi diskuss mas-Superjur immedjat tiegħu. Dan għandu jsir mill-aktar fis possibbli wara li jkun inqala’ l-ilment. Jekk ma jintlaħaqx ftehim bejn l-impjegat u s-Superjur immedjat tiegħu, l-ilment għandu jiġi referit mis-Superjur immedjat lill- Maniġer tad-Dipartiment ikkonċemat mill-aktar fis possibbli.

(b)Il-Maniġer tad-Dipartiment flimkien mas-Superjur immedjat tal-impjegat min-naħa u l-impjegat bil-/jew mingħajr l-għajnuna tar-rappreżentant tal- Union tas-sezzjoni, għandhom jippruvaw jiddisponu mill-ilment, sas-sitt

(6)ġurnata tax-xogħol minn meta jkun tqajjem il-każ. Jekk wara dan l-istadju ma tkunx instabet soluzzjoni sodisfaċenti, il-Union għandha tressaq l-ilment bil-miktub lir-Rappreżentant akkredetat tal-Maniġment.

(ċ) Ir-rappreżentant akkredetat tal-Maniġment minn naħa u rappreżentanza formali tal-Union f’isem l-impjegat minn naħa l-oħra, għandhom jiltaqgħu fi żmien raġonevoli sabiex jippruvaw jaslu fi ftehim sodisfaċenti għaż-żewġ naħat.

(d)F’każ li, għalkemm ikunu saru l-isforzi kollha miż-żewġ naħat skont il- proċedura msemmija hawn fuq f’subklawsoli (a), (b) u (ċ), ma jintlaħaqx ftehim sodisfaċenti għaż-żewġ naħat, huwa miftiehem li l-każ jiġi referit għand konċiljatur aċċettabbli għaż-żewġ naħat.

(e)F’każ li ma jintlaħaqx ftehim dwar l-ilment wara li l-każ ikun referit għand il-konċiljatur, il-Kumpanija jew il-Union jistgħu jieħdu dik l-azzjoni li huma jidhrilhom li tkun xierqa skont iċ-ċirkostanzi u liema azzjoni ma tkunx kuntrarja għal-liġi jew għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

23.WAQFIEN TA’ XOGĦOL

Il-Kumpanija u l-Union jagħrfu illi l-ġid ekonomiku tal-Kumpanija, kif ukoll tal-ħaddiema tagħha, jiddependi miż-żamma tar-relazzjonijiet armonjużi u tal- paci industrijali. Għalhekk, bl-għarfien sħiħ tar-responsabbilitajiet tagħhom, il-Kumpanija u l-Union jaqblu illi f’każ ta’ xi differenza ta’ opinjoni li tinqala’ minħabba l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew minħabba xi kwistjoni oħra, li tista’ tinqala’, iżda li m’hemmx referenza għaliha f’dan il-Ftehim, huma għandhom jidħlu f’diskussjonijiet bil-għan li jippruvaw jirranġaw il-kwistjoni b’mod sodisfaċenti għaż-żewġ partijiet. Sakemm dawn id-diskussjonijiet jew xi mezzi xierqa oħra li jistgħu jkunu disponibbli jkunu bla riżultat, l-ebda azzjoni arbitrarja maħsuba biex tikkaġuna waqfien ta’ xogħol m’għandha tittieħed mill- Kumpanija jew mill-Union.

Iżda minkejja l-aħjar tentattiv tagħhom biex jaslu fi ftehim sodisfaċenti għaż- żewġ partijiet dwar il-kwistjoni, il-Kumpanija u l-Union jonqsu li jagħmlu dan u bħala konsegwenza xi parti minnhom tiddeċiedi li għandha tittieħed azzjoni, huwa miftiehem:

(a)Li jingħata lill-parti I-oħra avviż bil-miktub ta’ erbgħa u għoxrin (24) siegħa żmien mid-data tal-avviż.

(b)Il-Kumpanija u I-Union jaqblu Ii I-impjegati mniżżla fàl-lista hawn taħt huma meħtieġa biex iwettqu dmirijiet essenzjali u l-Union taqbel li tħalli isiru servizzi li bi ftehim mal-Kumpanija huma meqjusa bħala essenzjali.

Il-Maniġment u l-Union jaqblu li dawn l-impjegati jagħmlu x-xogħol meħtieġ minnhom kemm-il darba dan ikun fuq manteniment tas-servizzi essenzjali u mhux xogħol ieħor.

Plant Maintenance Fitters - Engine Drivers Impjegati tal-Brewing I Process Block Security Guards u Security Assistants Impjegati tal-Water Treatment

(ċ) Azzjoni industrijali tista’ tittieħed fuq il-kwistjonijiet industrijali kollha kif hemm stipulat fl-Att tal-2002 tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali (XXII).

24. ĦINIJIET TAX- XOGĦOL

Ġimgħa ta’ xogħol għandħa tkun meqjusa bħala ġimgħa ta’ erbgħin siegħa mqassma kif ġej, skont l-iskeda li wieħed ikun fiha kif jidher hawn taħt.

Fid-dawl tal-ħtiġijiet Kummerċjali u n-natura tal-kummerċ tal-Kumpanija, kull impjegat jista’ jiġi ordnat biex jaħdem fuq bażi ta’ Shift. Kull impjegat għandu l-obbligu li jaċċetta li jaħdem fuq bażi ta’ Shift u dan għandu jitqies bħala kundizzjoni ta’ impjieg.

Il-kumpanija tħoss in-neċessità li l-operat ikompli jitjieb, kemm bħala effiċjenza kif ukoll mil-lat ta’ kwalità, standards u accountability. Għaldaqstant, hemm bżonn li l -leaders jiżviluppaw u jkollhom f’idejhom teams li huma jkunu jistgħu jidraw, jagħtu t-taħriġ neċessarju, u jmexxu minn ġurnata għall- oħra. Inħossu li b’hekk tikber l-istabbilità fil-prattiċi tax-xogħol u fuq kollox jissaħħaħ il-proċess ta’ problem solving għax fiimkien l-istess team ikun qed jikkontribwixxi għall-istess għan. Dan ma jfissirx li impjegat ma’jistax jibdel shift imma għandna niżguraw li kull impjegat fin-normalità jdur max-shifts tal- leader tiegħu. Dan nistgħu nagħmluh jekk il-maniġment jiżgura li kull impjegat jaħdem is-shift roster tiegħu u jbiddel biss jekk ikun hemm l-awtorizzazjoni mill-Planning Administrator jew tal-Process Leader. Filwaqt li l-maniġment għandu jara li kull impjegat jibqa’ kunfidenti li skont il-prattiċi introdotti jkun kapaċi jaħdem fuq il-workstations li ġie ċċertifikat fihom bil-multi skilling jekk hu fi grad ta’ machinist (jew f’każijiet spaċifiċi bħal packaging operators), l-impjegati għandhom jaħdmu fuq workstations hekk kif jinħtieġ f’dak lx-shift partikolari u kif assenjati lilhom mill-Process Leader. Impjegati f’gradi ta’ Plant Maintemance Fitters li jaħdmu mal-produzzjoni għandhom jitgħallmu l-operat tal-Filler u workstations oħra hekk kif meħtieġ fil-grad. It-technicians għandhom jaħdmu id f’id mal-jProcess Leaders li huma responsabbli għat -team kollu.

24.1 SKEDI TA' ĦINIJIET TAX- XOGĦOL

Kull impjegat huwa mistenni li jaħdem fl-iskeda ta’ ħinijiet indikata lilu flimkien mal-Leader tiegħu. Il-maniġment għandu jiżgura li kull impjegat jaħdem ix-shift roster assenjat lilu skont ir-rosters maqbula f’dan il-Ftehim. Impjegat jista’ jbiddel ix-shift assenjat jekk ikun hemm l-awtorizzazzjoni tal- Planning Administrator jew tal-Process Leader skont il-prattika introdotta. Ħlief f’każijiet ta’ emerġenza avviż ta’ ġurnata għandu jintalab meta jkun se jsir bdil tal-iskeda ta’ ħinijiet ta’ impjegat. Għalkemm kull sforz għandu jsir sabiex jinżammu l-iskedi ta’ ħinijiet stabbiliti ħawn fuq (A,B,Ċ,D,E, F). Ħtija tal-ħtiġijiet partikolari li jinqalgħu, ikun meħtieġ li dawn l-iskedi ta’ ħinijiet jinbidlu.

(i)SKEDA TA’ HINIJIET TAX-XOGĦOL ‘A’

Ġimgħa ta’ xogħol ta’ ħamest ijiem ta’ tmien sigħat-il wieħed mit-Tnejn sal- ċimgħa mis-sebgħa ta’ filgħodu (7.00 a.m.) sal-erbgħa ta’ waranofsinhar (4.00 p.m.) b’żewġ brejks; wieħed ta’ kwarta (1/4) ta’ siegħa u ieħor ta’ tliet kwarti (3/4) ta’ siegħa.

(ii)SKEDA TA’ ĦINIJIET TAX-XOGĦOL ‘B’

(a)Ġimgħa ta’ xogħol ta’ ħamest ijiem ta’ tmien sigħat-il wieħed bejn it-Tnejn u I-Gimgħa skont l-iskeda ta’ shifts kif ġej:

Shift ta’ filgħodu:6.00 a.m. - 2.00 p.m.

Shift ta’ waranofsinhar: 2.00 p.m. - 10.00 p.m.

Shift ta’ billejl:10.00 p.m. - 6.00 a.m.

Dawn il-ħinijiet jinkludu brejk ta’ 15-il minuta (kwarta).

Il-Maniġment għandu d-dritt li l-produzzjoni ma tiqafx fit-tibdil tax-shifts. L-impjegat ma jistax jitlaq minn postu sakemm jiġi r-replacement tiegħu.

Normalment l-ewwel Shift tal-ġimgħa jissejjaħ biex jibda l-Ħadd fl-10.00 ta’ filgħaxija.

Sistema ta’ Shift tista’ tinkludi wkoll tnejn biss minn dawn il-perjodi ta’ Shifts imsemmija.

(b)Ġimgħa ta’ xogħol ta’ ħamest ijiem ta’ tmien sigħat-il wieħed bejn it- Tnejn u s-Sibt skont l-iskeda ta’ shifts kif ġej:

Shift ta’ filgħodu:6.00a.m. - 2.00 p.m.

Shift ta’ waranofsinhar: 2.00p.m. - 10.00 p.m.

Shift ta’ billejl:10.00p.m. - 6.00 a.m.

Dawn il-fiinijiet jinkludu brejk ta’ 15-il minuta (kwarta).

Il-Maniġment għandu d-dritt li l-produzzjoni ma tiqafx fit-tibdil tax- shifts. L-impjegat ma jistax jitlaq minn postu sakemm jiġi r-replacement tiegħu.

Normalment l-ewwel shift tal-ġimgħa jissejjaħ biex jibda t-Tnejn, fis- 6.00 ta’ filgħodu u l-aħħar shift jispiċċa s-Sibt fis-6.00 ta’ filgħodu.

Sistema ta’ Shift tista’ tinkludi wkoll tnejn biss minn dawn il-perjodi ta’ shifts imsemmija.

NB Meta impjegat jiġi mitlub ibiddel minn shift ta’ filgħodu għal shift ta’ billejl, il-maniġment b’avviż minn qabel jista’jitlob lill-impjegat jibqa’ sas-2.00p.m. L-impjegat ikun intitolat għal tliet (3) sigħat Time Off.

(iii)SKEDA TA’ HINIJIET TAX-XOGHOL ‘Ċ’

Gimgħa ta’ xogħol ta’ medja ta’ ħamest ijiem ta’ tmien sigħat-il wieħed, imqassma fuq is-sebat ljiem tal-ġimgħa li tirriżulta f’medja ta’ erbgħin (40) siegħa fil-ġimgħa kkalkolata fuq shift cycle sħiħ.

Din il-kategorija tinkorpora fiha l-impjegati li jkunu msejħa biex jaħdmu fuq bażi ta’ shift fl-Energy Centre tal-Kumpanija Ii jinkludi l-Boiler House u l-Engine Room.

(iv)SKEDA TA’ HINIJIET TÀX-XOGHOL ‘D’

Ġimgħa ta’ xogħol t’erbgħin siegħa fil-ġimgħa (average maqsum fuq perjodu ta’ ġimagħtejn) bejn il-Ħadd u s-Sibt skont l-iskeda ta’ shifts kif ġej:

Shift ta’ Filgħodu: 6.00 am - 6.00 pm

Dan ix-s/zż/r għandu brejk ta’ħmistax-il minuta (15) bejn it-8.30 u 1-10.00 ta’ filgħodu u brejk ieħor ta’ għoxrin minuta (20) bejn l-12.00 u s-1.30 ta’ waranofsinhar.

Shift ta’ billejl: 6.00 pm - 6.00 am

Dan ix-shiftgħandu brejk ta’ħmistax-il minuta (15) bejn it-8.30 u 1-10.00 ta’ filgħaxija u brejk ieħor ta’ għoxrin minuta (20) bejn 12.00 (nofsillejl) u is-1.30 ta’ filgħodu.

(v)SKEDA TA’ ĦINIJIET TAX-XOGHOL ‘E’

Impjegati ta\-Logistics Centre jistgħu jiġu mqabbda jaħdmu I-ħinijiet normali tagħhom kif ġej:

mill-5.00 ta’ filgħodu sas-1.00 ta’ wara nofs in-nhar. Dan il-ħin jinkludi ħmistax-il (15) minuta brejk. Għal ħin maħdum hekk, jitħallas allowance ta’ €4.65 kull ġurnata.

minn 12.00 (nofs in-nhar) sat-8.00 ta’ filgħaxija. Dan il-ħin jinkludi ħmistax-il (15) minutabreak. Għalħin maħdum hekkjitħallas allowance ta’ €4.00 kull ġurnata.

(vi)SKEDA TA’ ĦINIJIET TAX-XOGĦOL 'F’

Impjegati tad -Dispense S’ec/m/ijistgħu jiġu mqabbdajaħdmu fuq rosters ta’ Jive out of six b’ impjegati jaħdmu bejn it-Tlieta u s-Sibt u oħrajn bejn il-Ħadd u l-Ħamis, bil-Ħadd isir ħlas doppju skont l-liġi. Dawn ir-rosters jalternaw bejn il-perjodi ta’ aktar xogħol u inqas xogħol. Ir- rosters jinkludu ħinijiet bejn is-7.00a.m u t-3.30p.m.; bejn l-09.45a.m u s-6.00p.m.; bejn 12.00p.m u t-8.30p.m. u bejn is-2p.m. u l-10.00p.m u jiġu avżati mis-Superjur dirett tagħhom.

F’perjodu ta’ nuqqas ta’ xogħol ir-rosters tal-impjegati jinħarġu mit- Tnejn sas-Sibt, imma impjegat jibqa’ oncall il-Ħadd bejn l-10.00 a.m. u s-6.00p.m.

(vii)ĦINIJIET TÀX-XOGĦOL GĦAS -SALES REPS

Gtialkemm il-ħinijiet tax-xogħol mhumiex fissi, ġimgħa ta’ xogħol għandha tkun meqjusa bħala ġimgħa ta’ erbgħin siegħa mifruxa fuq ħamest ijiem. Madankollu, fid-dawl tal-ħtiġijiet kummerċjali u n-natura tal-kummerċ tal- kumpanija, bħala Sales Representative, hu neċessarju li ma hemmx ġranet fissi

u/jew sigħat ta’ xogħol fissi, u lanqas reġistrar ta’ tiin. Għaldaqstant, is-Sales Representative, b’mod flessibbli jrid ikopri l-aħjarħinijiet biex jagħti s-servizz tiegħu lill-klijent tal-businesses varji u jkopri ħinijiet oħra li l-Kumpanija torganizza biex isiru attivitajiet promozzjonali relatati mal-prodotti, bħal pereżempju f ’bars, ristoranti, hotels, grocers, supermarkets, okkażjonijiet ta’ festi, promozzjonijiet ta’ prodotti, fieri, festivals u okkażjonijiet oħrajn. Dawn il-ħinijiet jistgħu jinkludu xogħol is-Sibt u l-Ħadd.

Hekk kif il-Kumpanija tiddetermina l-ħtieġa, il-kumpanija tipprovdi karozza bħala għodda lis-Sales Representative biex iwettaq id-dimirijiet kollha tiegħu kontra l-konċessjoni li l-karozza tinżamm 24x7 u s-Sales Representative obbligat jaqdi dmirijiet speċifiċi filgħaxijiet u/jew fil-weekends kif ikun meħtieġ fuq xogħlu.

Skeda ta’ ħinijiet differenti minn hawn fuq issir b’konsultazzjoni mal-Union, ħlief kif inhu indikat fil-klawsoli maqbula f’dan il-Ftehim Kollettiv.

(viii) ĦINIJIET TAX-XOGĦOL GHALL,-MERCHANDISERS

Full-Timers:

3 darbiet fil-ġimgħa : 8.30a.m- 5.30p.m. (siegħa brejk)

2darbiet fil-ġimgħa : 8.30a.m - 3.00p.m. (30 minuta brejk)

Nhar ta’ Sibt: 8.00a.m - 12.30p.m. (30 minuta brejk)

Part-Timers:

5 darbiet fil-ġimgħa : 8.30a.m - 1.00p.m. (30 minuta brejk)

24.2 HINIJIET TAL-BREJK U SHIFT BRIEFING

L-għan tal-Kumpanija huwa li tibqa’ żżid l-effiċjenza u l-produttività, tiggarantixxi il-kwalità tal-prodott u tnaqqas l-ispejjeż. Għaldaqstant tfittex modi fejn biex tissalvagwardja l-kontinwità fil-produzzjoni, bla waqfien fil-linja sakemm ikun possibbli, il-Union qablet mal-maniġment li taddotta kunċett ta’ staggered breaks li permezz tagħhom, filwaqt li persuni jieħdu l-brejk intitolati għalih, il-produzzjoni ma tiqafx, dejjem salv li din ma tkunx ta’ detriment għas- saħħa u sigurtà tal-individwi li jkunu għadhom jaħdmu fuq il-post tax-xogħol.

Il-mod ta’ kif titħaddem din tiġi diskussa mal-packaging operations managers.

Ġeneralment, il-ħinijiet tal-brejk fuq il-produzzjoni jittieħdu wara sagħtejn u nofs u / jew tliet sigħat wara li jibda x-shift u sa sagħtejn u nofs qabel jispiċċa x-s/zzjftjiġifieri bejnid-09.00a.mu 1-11.30 am;jew bejnil-5.30p.mu s-7.30p.m; jew bejn in-12.30a.m u t-3.30a.m. Madankollu impjegat/i li jkunu involuti f ’changeovers meta jkun il-bżonn, jista’ jiġi mitlub jipposponi l-brejk hekk kif indikat mis-superjur tagħhom biex il-produzzjoni tkun tista’ tibda mingħajr dewmien. Dawn l-istess impjegati jibqgħu intitolati li jieħdu l-brejk tagħhom.

Meta għal raġunijiet li l-kumpanija m’għandhiex kontroll fuqhom imur l-power supply wara l-ewwel siegħa ta’ kull bidu ta’ shift u l-erba’ (4) sigħat ta’ wara, ħaddiema li ma jkunux għadhom ħadu l-brejk, jintalbu jieħdu l-brejk tagħhom f’dan il-ħin mis-Superjuri tagħhom.

Sabiex il-linja ta’ produzzjoni tibqa’ għaddejja anke matul ix-shift briefing, (skont l-eżiġenzi tal-produzzjoni), l-impjegati tax-shift ta’ waranofsinharjistgħu jkunu imsejħa jidħlu għax-xogħol fis-1.45pm meta jissejjaħ ix-shift briefing skont l-eżiġenzi tal-produzzjoni. L-impjegati tax-shift ta’ filgħodu jridu jibqgħu jistennew lil sħabhom jiġu fuq il-linja ta’ produzzjoni qabel jitilqu mix-xogħol. Dawn il-15-il minuta shift briefing jiġu kkalkulati bir-rata ta’ O/T.

24.3 XOGĦOL Ll JIKKOSTITWIXXI DAY WORK

Mill-l ta’ Jannar 2015, impjegati li jaħdmu dejjem filgħodu u li jibdew il-ħin tax-xogħol tagħhom fis-6.00 ta’ filgħodu jew f’xi ħin wara, għandhom jaħdmu 8 sigħat xogħol produttiv, u jkollhom brejk adekwat ta’ mhux inqas minn 15-il minuta. Għaldaqstant, il-ġurnata xogħol ma titqisx bħal dawk li jaħdmu fuq ix- shift u l-ħin tad-day workers jispiċċa fis-2.15 ta’ waranofsinhar jew wara meta l-ġurnata tibda fis-6.00 ta’ filgħodu. Impjegati li jibdew fis-7.00a.m. jew wara jispiċċaw fit-3.30p.mjew wara bi brejk ta’ mhux inqas minn 30 minuta.

24.4 FLEXITIME

a. SÀGĦTEJN FLEXITIME

Dan l-arranġament irid isir bi qbil mal-union fejn f’każi ta’ inqas xogħol ippjanat f’ġimgħa waħda, impjegat flok jitqabbad jagħmel l-odd jobs, jista’ jintalab jaħdem ġurnata mnaqqsa ta’ 6 sigħat, u li mbagħad tinħadem f’ġurnata xogħol ta’ 10 sigħat fl-istess ġimgħa. Il-paga ta’ 40 siegħa tibqa’ titħallas, u din il-klawsola m’għandhiex titħaddem ma’ klawsoli oħrajn bħal seasonality acljustment. Din il-klawsola tista’ tapplika għal dipartimenti speċifiċi bi qbil mal- union.

b.ĠIMGĦA FLEXITIME

Il-Kumpanija trid tintroduċi sistemi li jgħinu l-flessibilità fuq il-post tax-xogħol u li jikkontribwixxu favorevolment għal work-life balance tal-impjegati. Din is-sistema ġeneralment ma tapplikax għall-impjegati li jaħdmu x-shift, u lanqas għal dawk li huma direttament marbuta max- xogħol tax-shifi.

Din is-sistema tistabbilixxi li impjegat/abi qbil mal-maniġer tad-dipartiment, jista’ jirrapporta għax-xogħol bejn is-7.30am u t-8.30am, u li jrid jaħdem minimu ta’ 6 sigħat xogħol kuljum (mhux inkluż it-30 minuta brejk li jrid jittieħed), jew massimu ta’ 10 sigħatkuljum, skontkif jitolbu I-eżiġenzi tax- xogħol. Impjegat dejjem irid ikun preżenti għax-xogħol fil-ħinijiet kritiċi - core hours - jiġifieri bejn it-8.30am u s-2.30pm. L-applikazzjoni ta’ kif u fejn titħaddem din il-klawsola hi fid-diskrezzjoni tal-maniġment bi qbil mal-HR.

24.5 SEASONALITY ADJUSTMENT

Aġġustament staġjonali ta’ ħinijiet għall-ħaddiema tal-Operations (Brewing, Water Treatment, u IdX-Packaging). L-ewwel 32 siegħa maħduma ’l fuq mill- erbgħin siegħa xogħol fil-ġimgħa bejn Marzu u Settembru ta’ kull sena, ma jitħallsux imma jiġu tradotti fi 32 siegħa leave staġjonali marbut max-Shutdown tal-Milied. Massimu ta’ 16-il siegħa oħra (biex is-sigħat maħduma fuq I-erbgħin siegħa jitħallsu 1:1.5) jew jitħallsu fi Food and Drink Vouchers skont ir-rata ta’ paga tal-impjegat jew l-impjegat jagħżel li jieħu dawn is-sigħat bħala leave ta’ vaganza. L-għażla mill-impjegat isir darba u fuq formoli maħruġa mill-Pay Office sa nofs Marzu 2015.

II-Leave ta’ Vaganza (erbat ijiem) li issa mhux ser jittieħed fix-Shutdown tal-Milied għandhom jittieħdu fil-perjodu Ottubru, Novembru, Jannar u Frar ta’ kull sena.

Meta għal xi raġuni impjegat ma’ jkunx ħadem 32 siegħa ’l fuq mill-erbgħin siegħa fil-perjodu Marzu sa Settembru, il-leave staġjonali, Food and Drink vouchers jew leave ta’ vaganza jiġu applikata fuq bażi ta’ prorata.

24.6 SKEDI OĦRA TA’ XOGĦOL

Fid-dawl tal-ħtiġijiet kummerċjali u n-natura tal-kummerċ tal-kumpanija u biex jinżammu stanclards ta’ kwalità għolja, il-kumpanija u l-union jaqblu li meta jkun ser jiġi ffinalizzat l-investiment tal-Packaging jew meta jitlob il- maniġment, jidħlu għal diskussjonijiet dwar skedi ta’ ħinijiet ġodda li jkunu proposti mill-kumpanija li jistgħu jkollhom implikazzjonijiet fuq sezzjoni / jiet tal-kumpanija.

24.7 IMPJEGATI TAl-CLIENT MONITORING

Fiż-żminijiet tax-xitwa,eskluż il-Milied,l-Ewwel tas-Sena,u fi żmien identifikat bejn Ottubru u April, bi qbil mal-maniġment, dawn l-impjegati jistgħu jieħdu brejk ta’ 30 minuta minflok siegħa (1), u għaldaqstant jispiċċaw ix-xogħol fit- 3.30pm flok fl-4.00pm. Ħlief struzzjonijiet mill-maniġment, fi żmien li jaħdmu sat-3.30pm, il-Marketing stores għandhom jibqgħu miftuħin sat-3.30pm.

25. IŻ-ŻAMMA TAL-ĦIN

Kull impjegat għandu jirraporta għax-xogħol fil-ħin indikat lilu u għandu jirreġistra il-ħinijiet tax-xogħol tiegħu skont il-proċedura u bil-mod indikat lilu mill-Kumpanija. Dan għandu jsir billi kull impjegat jirreġistra l-ħin tiegħu permess ta’ hand reader u/jew l-mezzi oħra provduti bħal pereżempju ID Card.

Hija offiża li tiġi kastigata bi tkeċċija jekk impjegati jirreġistraw ħin ta’ impjegati oħra.

26. ASSENTIEZMU

Għal kull assenza minn fuq ix-xogħol mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel,

l-impjegat għandu jara li din l-assenza tiġi rappurtata permezz tat-telefon jew b’mezzi oħra Iill-Kumpanija sa mhux aktar tard minn sagħtejn wara li suppost ikun beda l-ħin tax-xogħol tiegħu. F’każ ta’ impjegat li jkun jaħdem bix-shift ta’ filgħodu, ta’ waranofsinhar jew ta’ billejl, dan għandu jara li din l-assenza tiġi rapportata sa mhux aktar tard minn siegħa qabel ma’ jibda x-shift.

Meta impjegat ikun assenti minn fuq ix-xogħol mingħajr raġuni valida u/jew avviż xieraq u/jew awtorizzazzjoni, il-Kumpanija jkollha d-dritt li tieħu passi dixxiplinari u f’każijiet li wieħed jassenti ruħu frekwentament mingħajr ma kienet ingħatat raġuni valida u/jew avviż xieraq b’awtorizzazzjoni, dan jista’ jwassal għal tkeċċija.

27. SAHRA

Ħaddiem huwa mistenni li jaħdem mhux aktar minn medja ta’ tmien sigħat sahra fil-ġimgħa mifruxa fuq sbatax-il (17) ġimgħa. Volontarjament impjegat jista’jekk ikun irid jaħdem aktar mill-medja ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa.

L-impjegati kollha huma mistennija li jagħmlu s-sahra meta, fil-fehma tal- Maniġment, iċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu dan. Jekk impjegat jin*ifjuta li jagħmel is-sahra mingħajr raġuni ġustifikata, dan jista’jwassal għal passi dixxiplinarji.

Biex wieħed jiġi mqabbad jagħmel is-sahra, għandu jingħatalu avviż minn qabel fi żmien adekwat, mill-inqas ġurnata qabel, kull meta jkun possibbli. Iżda dan m’għandux japplika f’każ ta’ emerġenza.

Il-Maniġment jaqbel li għandu jara li s-sahra tinqasam b’mod ġust.

28. ITTARDJAR

L-impjegati huma obbligati li jsegwu l-ħinijiet tax-xogħol kif definiti fil- Klawsola 24 “Ħinijiet tax-Xogħol”.

Awtomatikament isir tnaqqis, b’rata normali mill-paga, għal ittardjar fil-bidu u għal tluq kmieni fit-tmiem tal-ġurnata normali tax-xogħol.

L-ittardjar frekwenti jiġi ttrattat skont ir-regolamenti dixiplinari.

Dan it-tnaqqis ikun ikkalkulat bħala l-ħin kollu ta’ assenza bejn il-ħin uffiċjali tad-dħul jew ħruġ u l-ħin irrekordjat rispettivament soġġett għal Klawsola 34, “Ħlas ta’ Pagi”.

Il-Kumpanija tista’ tissospendi għal kumplament tal-ħin tax-xogħol kull impiegat li jidħol għax-xogħol aktai' minn tletin minuta (30) tard.

29. VAGANZI PUBBLIĊI

Soġġetti għal ħtiġijiet tax-xogħol, l-impjegati kollha, minbarra dawk l-impjegati Ii ikunu qegħdin jaħdmu fuq skeda ta’ħin ta’ xogħol skont Klawsola 24 paragrafu (iii) - Skeda ta’ ħinijiet tax-xogħol Ċ, D u F, għandhom ikunu intitolati għal ġurnata ta’ mistrieħ dakinhar tal-Vaganzi Pubbliċi kif notifikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern u kull meta Vaganza Pubblika taħbat is-Sibt jew il-Ħadd tiżdied ġurnata oħra mal-Leave ta’ Vaganza, kemm-il darba dan ikun konformi mal- emendi tsa-National Holidays & Other Public Holidays Act ta’ Marzu 2005.

Min-naħa l-oħra l-impjegati Ii jkunu qegħdin jaħdmu fuq skeda ta’ ħin skont Klawsola 24 paragrafu (iii) - Skeda ta’ ħinijiet tax-Xogħol Ċ, D u F dawn għandhom jibbenefikaw skont Klawsola 35.

30. LEAVE ANNWALI TA’ VAGANZA

(i) Kull impjegat whole time, għandu jkun intitolat għal dak in-numru ta’ ġranet ta’ Leave ta’ Vaganza skont kif stipulat minn żmien għal żmien mil-Liġijiet ta’ Malta.

Impjegati whole time li jkunu ilhom fl-impjieg għall-inqas minn sena waħda għandħom ikunu intitolati għal dik il-parti ta’ Leave ta’ Vaganza stipulati fi proporzjon għan-numru ta’ xhur fl-impjieg.

B’effett miIl-2015,l-impjegati ġodda, tiżdied ġurnata (1) leave annwali mal-24 ġurnata statutorja wara l-ħames sena ta’ impjieg biex l-impjegat jilħaq il-massimu tal-leave annwali. L-impjegati full time li kienu impjegati mal-Kumpanija qabel l-1 ta’ Jannar 2011, huma intitolati għal 25 ġurnata leave annwali (24 ġurnata statutorja + 1 ġurnata tal- Kumpanija).

Kif indikat, l-impjegati huma intitolati għal ġurnata oħra ta’ Leave ta’ Vaganza mogħtija mill-Kumpanija, liema ġurnata tkun parti minn Shut down. (Din il-ġurnata tagħmel tajjeb għas-sigħat OFF bi ħlas li kienu jingħataw nhar lejliet il-Milied u nhar lejliet l-Ewwel tas-Sena).

Għaxart ijiem mil-Leave ta’ Vaganza jistgħu jittieħdu maqsumin f’nofstanhari. Dan ifisser li l-impjegat jew jitlaq mix-xogħol erba’ sigħat kmieni jew jibda x-xogħol erba’ sigħat tard. Jumejn minn dawn jistgħu

jittieħdu f’sagħtejnijat. Gurnata minn dawn il-jumejn tista’ tittieħed bis- siegħa. II-leave f’sagħtejnijat u bis-siegħa jista’ jittieħed fil-bidu jew fit- tmiem tax-xogħol jew shift jew f’kwalunkwe ħin jekk m’hemmx bżonn replacement.

Fil-każ tan-nies fl-iskeda tal-ħinijiet ta’ xogħol ‘D’ il-leave jinħadem f’sigħat. Fl-iskeda tal-ħinijiet ta’ xogħol ‘D’, il-leave huwa maħdum fuq bazi ta’ erbgħin siegħa (40) fil-ġimgħa maqsuma fuq ħames granet.

[24 ġurnata (statutorja) + 1 ġurnata (Kumpanija) = 25 ġurnata = 200 siegħa]

Il-leave għalhekk jinħadem f’sigħat (12-il siegħa jew 6 sigħat). Dan ifisser li l-impjegat jew jitlaq mix-xogħol sitt sigħat kmieni jew jibda x-xogħol sitt sigħat tard.

Wieħed għandu dejjem japplika minn qabel għal Leave ta’ Vaganza li għandu jiġi approvat qabel ma jittieħed. L-impjegat għandu japplika għal-leave ta’ Vakanza permezz tas-sistema elettronika ta’ Vacation Leave Management. Bis-sapport tal-Union, kulħadd għandu jitgħallem kif juża s-sistema b’mod korrett.

(ii)Kundizzjoni għall-awtorizzazjoni ta’ Leave ta’ Vaganza:

Impjegati jistgħu jagħmlu użu mil-Leave ta’ Vaganza bi ftehim bejn min iħaddem u l-impjegat. Għaldaqstant, impjegat jista’ jagħmel użu mil- Leave ta’ Vaganza wai'a l-approvazzjoni tal-Maniġment / Superjur. II- Leave ta’ Vaganza jittieħed f’sigħat, jew ġranet bi qbil mal-maniġment. L-awtorizazzjoni tal-Leave ta’ Vaganza huwa soġġett għall-eżiġenzi tad-dipartiment. Ikun approvat sakemm ma jinħoloqx inkonvenjenza għax-xogħol tas-sezzjoni, u jkun hemm l-arranġamenti meħtieġa biex impjegat jiġi rilaxxjat mingħajr spejjeż żejda għad-dipartiment jew kif kontemplat fil-manning requirements. Il-maniġment jagħmel minn kollox biex jawtorizza l-Leave ta’ Vaganza. Min-naħa tagħhom, I-impjegati għandhom id-dmir li jippjanaw minn qabel (ħlief fil-każ ta’ leave urġenti għall-Familja) biex jiżguraw Ii l-maniġment ikun f’kundizzjoni li jawtorizza l-Leave ta’ Vaganza.

L-awtorizzazjoni għal-Leave ta’ Vaganza tingħata mis-Superjur dirett tal-impjegat u / jew il-maniġer tad-dipartiment. Il-maniġer / superjur għandu jagħti raġuni meta Leave ta’ Vaganza tiġi miċħuda. II-Leave ta’ Vaganza jiġi approvat fuq il-bażi ta’ u fl-ordni kif ġej:

M’hemmx akkumular ta’ xogħol;

Id-dipartiment / sezzjoni jistgħu jibgħu joperaw mingħajr spejjeż żejda; Leave għall-raġunijiet ta’ Farnily Leave jingħata prijorità fuq ħaddieħor; Impjegati li jippjanaw u jagħmlu t-talba tal-leave ta’ vaganza kmieni fis- sena (3 xhur qabel) biex jaffettwa booking għal vaganza jieħdu prijorità; Vaganzi marbuta ma’ festi tar-raħal. Impjegati li japplikaw u jieħdu leave 3 snin infila għal din ir-raġuni jingħataw approvazzjoni ta\-leave ta’ vaganza jekk ma jkunx iktar impjegati li dik is-sena għamlu talba tal- leave fl-istess ġurnata / perjodu.

Rikjesti oħra fuq sistema ta’ First come First served basis.

(iii)Leave tal-Familja:

Leave tal-Familja jikkonċerna leave urġenti f’każijiet ta’ mard u / jew inċidenti, twelid jew mewt ta’ familjari immedjati tal-impjegat fejn il- preżenza immedjata tal-impjegat hija neċessarja. Il-familja immedjata hija ir-raġel / mara, tfal miżżewġa jew mhux miżżewġa, sieħeb jew sieħba li joqogħdu fl-istess dar u relazzjonijiet sal-ewwel grad. Fejn hu possibbli impjegat għandu jagħti avviż ta’ mqar 24 siegħa qabel jittieħed il-leave. Dan \\-leave jitnaqqas mi\-Leave ta’ Vaganza tal-impjegat.

(iv)Is-sena ta’ Leave ta’ Vaganza tibda mill-1 ta Marzu u tagħlaq fl-aħħar ta’ Frar. L-akkumular tal-Leave ta’ Vaganza minn sena għall-oħra mhux permissibbli iżda każijiet eċċezzjonali hekk kif stabbilit fil-Leave Policy tal-kumpanija jiġu kunsidrati fuq il-merti tagħhom.

(v)

(a)Perjodu ta’ mhux aktar minn l-aħħar sitt ġranet ta’ xogħol f’kull sena Kalendarja huma ddikjarati bħala Shut Down tal-Kumpanija. Id-dati ta’ dan ix-Shut Down ikunu dikjarati matul Marzu tal- istess sena wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ naħat. Dan il-perjodu jitnaqqas mill-entitlement ta’ Leave ta’ Vaganza jew mil-Leave Staġjonali. Sa għaxar ġranet tax-xogħol qabel ix-Shut-Down numru ta’ impjegati bżonnjużi waqt ix-Shut-Down fuq xogħol meqjus meħtieġ, jiġu mgħarrfa b’dan. Sa ħamest ijiem qabel i x-Shut Down, il-Maniġment jista’ jżid jew inaqqas mil-lista n-nies bzonnjużi waqt ix-Shut Down. Dawn l-impjegati ma jitilfux ġranet ta’ Leave ta’ vaganza kawża ta’ din il-ħtieġa.

(b)Sa’ erba’ granet tax-xogħol f’kull sena tal-leave, singolarment jew ġranet wara xulxin, jistgħu jiġu proposti mill-Kumpanija bħala vacation leave obbligatorju lil grupp jew gruppi ta’ impjegati definiti.

Granet hekk proposti jridu jkunu jmissu ma’ Ħdud, Sibtijiet jew Festi Pubbliċi sabiex jiġi estiż pont. Dawn il-ġranet jitnaqqsu mil- leave intitolat ta’ Leave ta’ Vaganza u jiġu identifikati matul Marzu fil-bidu tal-istess sena, wara qbil bejn iż-żewġ naħat.

(vi)Sal-31 ta’ Ottubru, kull impjegat hu obbligat li jkun ħa mil-Leave ta’ Vaganza mhux anqas minn tmien (8) ġranet.

Sal-15 ta’ Jannar għandu jittieħed jew ikun ippjanat il-leave li jkun għad fadal minbarra jumejn (2).

Akkumular ta’ Leave ta’ Vaganza:

Hekk kif digà kontemplat mill-Ftehim Kollettiv ma għandux isir akkumular ta’ leave ta’ vaganza minn sena għall-oħra. L-ebda leave ta’ vaganza oltre dawn is-16-il siegħa ma jkun approvat jekk mhux taħt xi kundizzjoni speċifikata hawn taħt. Hekk kif kontemplat fil-liġi, proporzjon ta’ leave ta’ vaganza, li ma jeċċedix 50% ta\-leave annwali, bi Ftehim bejn l-impjegat, HR u d-dipartiment li jaħdem fih l-impjegat jista’ jiġi akkumulat DARBA (tul l-impjieg) għas-sena ta’ wara. Ir-raġunijiet għall-approvar ta’ akkumular ta’ leave kif stabbilit f’din il-klawsola jista’ jsir jekk:

Huwa evidenti li l-maniġment ma awtorizzax numru ta’ drabi lil individwu r-rikjesti ta’ leave minħabba esiġenzi tax-xogħol;

Minħabba żwieġ, twelid jew adozzjoni ta’ tfal;

L-aħħar sena ta’ Kors ta’ studju għal raġunijiet ta’ preparamenti għall- eżamijiet finali;

Pre-retirement leave F’każ ta’ mard / Korriment

Leave akkumulat mis-sena ta’ qabel jiġi kkonsmat l-ewwel u ġeneralment għandu jittieħed fl-ewwel xahrejn tas-sena ta’ Leave ta’ Vaganza. Leave akkumulat f’sena ma jistax jerġa’ jiġi akkumulat sena oħra.

Meta impjegat jiġi terminat / jispiċċa mill-impjieg tiegħu minn mal- kumpanija, l-impjegat ikollu dritt biex jitlob ħlas finanzjarju għall-bilanċ

ta’ leave ta’ vaganza ghas-sena li jkun qed jiġi akkumulat ii-leave u 50% tal-leave akkumulat mis-sena ta’ qabel. Il-ħlas isir fuq r-rata ta’ paga tas- sena kurrenti.

Mis-sena ta’ Leave ta’ Vaganza li tibda minn Marzu 2015, l-ebda akkumular ta’ leave mhu permess. Għaldaqstant, impjegati li fi Frar 2016 jibqgħu bi bilanċ ta’ iktar minn 16-il siegħa leave ta’ vaganza, jitilfuhom hekk kif stabbilit fil-Leave Policy.

(viii)F’każ ta’ Vaganza Pubblika li tkun matul perjodu ta’ Vaganza ta’ leave ta’ impjegat, din il-ġurnata ma titqisx bħala parti mil-Leave ta’ Vaganza.

Impjegat li f’ġurnata li jkun bil-Leave ta’ Vaganza u dakinhar ikun ordnat b’emerġenza jidħol immedjatament għax-xogħol waqt il-perjodu tat- tmien sigħat tax-xogħol li għalih ikun qiegħed jissejjaħ u dan jirrapporta għax-xogħol kif ordnat, dan ma jitlifx il-ġurnata ta’ Leave ta’ Vaganza peress li dik il-ġurnata titqies li ma ttieħidx leave.

31. LEAVE SPEĊJALI (ara tabella f'Appendiċi L)

(a) LUTTU

F’kaz ta’ mewt tal-mara, ulied, jew aħwa tal-impjegat jew fil-każ ta’ mewt tal-genituri tal-impjegat jew tal-ġenituri ta’ mart l-impjegat, immedjatament jingħataw żewġ (2) ġranet leave bla telf ta’ paga.

Barra dak li jidher hawn fuq impjegat miżżewweġ ikun intitolat jieħu żewġ ġranet (2) oħra meta l-mewt tkun tal-ġenituri, mara jew it-tfal tal- impjegat.

Impjegat ġuvni jkun intitolat jieħu żewġ ġranet (2) oħra meta l-mewt tkun tal-ġenituri jew tal-aħwa tal-impjegat.

Impjegat intitolat jieħu ġurnata (1) leave bla telf ta’ paga meta l-mewt tkun tan-nannu jew tan-nanna tal-impjegat.

(b) ŻWIEĠ

L-impjegat jingfiata ħames (5) ġranet leave bla telf ta’ paga, kemm-il darba jibqa’ fi-impjieg tiegħu għal mill-inqas tliet (3) xhur wara ż-żwieġ. Iċ-Ċertifikat taż-Żwieġ għandu jiġi ppreżentat.

(ċ) TWELID TA’ TARBIJA

F’każ ta’ twelid ta’ tarbija, il-missier (l-impjegat) għandu jingħata tliet (3) ġranet leave immedjatament bla telf ta’ paga. Ġurnata mit-tlett (3) ijiem tista’ tittieħed fi żmien xahar. Iċ-Ċertifikat tat-Twelid għandu jiġi ippreżentat. Dan il-leave jingħata wkoll f’każ ta’ addozzjoni. Dokument tal-addozzjoni għandu jiġi ppreżentat.

(d)TQALA

Ħaddiema nisa jkunu intitolati għal tlettax-il (13) ġimgħa leave speċjali bi ħlas għal tqala u ġimgħa (1) oħra bla ħlas, b’kollox erbatax-il (14) ġimgħa skont l-Att Dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Att Nru. XXII tal-2002.

(e)SERVIZZ TA’ ĠURAT

Jekk impjegat jiġi msejjaħ għas-Servizz ta’ Ġurat, huwa jingħata permess għall-ħin frank meħtieġ, bla telf ta’ paga, biex jattendi l-Qorti.

(f)STRAORDINARJU

Leave Straordinarju ta’ mhux aktar minn erba’ xhur, bla ħlas ta’ paga, jista’ jingħata fid-diskrezzjoni tal-Kumpanija wara li jkun eżawrit il- Leave ta’ Vaganza, u kemm-il darba jkunu jippermettu l-esiġenzi tal- Kumpanija. Dan il-leave jista’ jiġi estiż sa sitt xhur minħabba f’raġuni valida.

(g)IRTIRAR MIS-SERVIZZ

L-ekwivalenti ta’ numru ta’ ġimgħat xogħol skont I-islceda li tidher hawn taħt jingħataw bħala extra leave bil-paga lil dak l-impjegat li jirtira mis- servizz meta jagħlaq l-età penzjonabbli. Dan l-extra leave jingħata fl- aħħar sitt xhur tas-servizz.

Sa 15-il sena servizz= 6 ġimgħat

minn 16-il sena sa 25 sena= 7 ġimgħat

minn 26 sena sa 35 sena= 9 ġimgħat

minn 36 sena ’l fuq= 10 ġimgħat

(h) XHUD TAL-PULUZIJA

Impjegat li jiġi msejjaħ mill-Puluzija bħala xhud f’kawżi kriminali, jew bħala riżultat mill-impjieg tiegħu mal-Kumpanija, jingħata leave meħtieġ bi ħlas.

(i) LEAVE MINMABBA MARD TAL-MARA JEW RAĠEL

Jingħata leave speċjali ta’ 7 ġranet tax-xogħol lill-impjegat li jkollu bżonn jakkumpanja dipendenti fid-dar għal trattament mediku minħabba mard barra minn Malta. Dan jingħata fuq preżentazzjoni ta’ ċertifikat maħruġ mill-isptar tal-Gvern.

(j) LEAVE TA’ SERVIZZ

Tingħata ġurnata leave extra f’dik is-sena biss lil dawk l-impjegati li jagħlqu 20 sena servizz.

Jingħataw żewġ ġranet leave extra f’dik is-sena biss lil dawk l-impjegati li jagħlqu 30 sena servizz u 40 sena servizz

Fil-każ tas-Security Guards, il-leave speċjali jinħadem fuq bażi ta’ sigħat, ugwali ma’ dak intitolat lill-impjegati kollha l-oħra.

(k) LEAVE GĦALL- ADDOZZJONI

Ħaddiema nisa jkunu intitolati għal erba’ (4) ġimgħat leave speċjali biħlas f’każ ta’ addozzjoni. Dokument tal-addozzjoni għandu jiġi ppreżentat.

32. LEAVE GĦAL MARD/KORRIMENT

F’każ ta’ mard l-assenza mix-xogħol tkun permessa skont l-iskeda li ġejja: Għall-impjegati kollha b’effett mill-2015, bi qbil mal-union, il-ġranet ta’ sick leave ser ikunu hekk:

20 ġurnata full pay u 45 ġurnata half pay.

NOTA: F’każi ta’ mard li jirrikjedi konvalexxenza fit-tul matul il-perjodu ta’ erba’ snin, il-kumpanija toqgħod fuq rakkomandazzjoni tat-tabib tal-kumpanija biex persuna li kienet fl-impjieg qabel l-1 ta’ Jannar 2015 tingħata sick leave sa massimu ta’ 40 ġurnata oħra full pay matul dan il-perjodu.

Dawn l-40 ġumata mhux applikabbli waqt iż-żmien ta’ Prova.

Fil-każ tas-Security Guards, il-leave ta’ mard/korriment huwa maħdum fuq bażi ta’ erbgħin (40) siegħa fil-ġimgħa maqsuma fuq ħames ġranet. [20 ġurnata =160 siegħa]

[45 ġurnata = 360 siegħa]

II-leave ta’ mard/korriment għalhekk jinħadem f’sigħat.

Fil-każ ta’ Sales Representatives, meta jiġi dikjarat mit-Tabib tal- Kumpanija flimkien mal-HR tal-Kumpanija, li l-impjegat għandu bżonn leave tal-mard / korriment għal tul taż-żmien, l-impjegat jiġi mħallas kif

ġej:

20 ġurnata ta’ xogħol b’paga sħiħa ta’ kif jitħallas Sales Representative meqjus bħala Reliever Scale;

45 ġurnata ta’ xogħol b’nofs paga ta’ kif jitħallas Sales Representative meqjus bħala Reliever Scale.

F’dan il-perjodu ma jitħallasx commission. Il-Kumpanija tirriserva d-dritt li tikkunsidra kull każ individwali skont iċ-ċirkustanzi li jitressqu quddiemha.

F’ċirkostanzi normali ta’ ġranet sick, l-impjegat jitħallas is-salarju tiegħu kif normalment jitħallas u l -commission dovuta tkun fuq ordnijiet li s-Sales Representative jwettaq fil-perjodu meqjusa bħala sick.

Kull impjegat ġdid, Full Tirne jew Part-time ikun intitolat għal dak li jidher hawn fuq, fuq bażi prorata skont il-Liġi.

Dan ta’ fuq hu soġġett għal dawn il-kundizzjonijiet.

(i) II-leave għal mard kollu għandu jkun kopert b’ċertifikat mediku. Impjegat għandu jġib il-kopja taċ-ċerfikat tal-mard wara li jirritorna lura għax-xogħol, jekk uffiċjali tal-kumpanija ma jkunx ġew għaċ-ċertifikat. Kull impjegat irid jara li l-kopja oriġinali taċ-Ċertifikat tasal għand is- Sigurtà Soċjali sa għaxart (10) ijiem wara l-ewwel ġurnata li impjegat ikun irraporta Sick.

Madankollu l-Kumpanija għandha d-dritt li jkollha l-opinjoni ta’ tabib tagħha f’każijiet li jidhrilha hi.

Meta impjegat ifalli tliet darbiet f’perjodu ta’ sitt xhur, it-tabib tal- kumpanija jżur d-dar. Jekk din il-frekwenza tkompli tippersisti, meta m’hemmx spjega medika għal dawn l-assenzi, isir a return-to-worlc interview mal-impjegat fil-preżenza tat-tabib tal-kumpanija u l-HR. II- maniġer tal-impjegat jista’ jiġi mitlub jattendi jekk jinħass il-bżonn. L-għan huwa li jiġu mfassla pjan ta’ kif ser titjieb il-preżenza tal-impjegat fuq il-post tax-xogħol.

Meta dan il-għan xorta ma jintlaħaqx, jissejjaħ review meeting ieħor u l-impjegat ikollu d-dritt isejjaħ ir-rappreżentat tal-union jew persuna oħra li jafda fih l-impjegat. Jekk l-assenzi xorta ma jintranġawx, l-HR joħroġ l-aħħar twissija lill-impjegat. Ii-kumpanija mbagħad ikollha dritt li ssejjaħ Bord Mediku f’konsultazzjoni mal-Union. Il-Bord jista’ jirrakommanda li l-impjegat jiġi Boarded Out / Terminated on Medical Grounds wara li jiġi ikkonsultat speċjalista. L-impjegat ikollu d-dritt tal- appell.

F’każijiet ta’ differenza t’opinjoni bejn it-tabib tal-impjegat u t-tabib tal- Kumpanija dwar jekk l-impjegat hux marid jew le u/jew dwar il-perjodu meħtieġ ta’ leave għal mard l-opinjoni ta’ speċjalista aċċettabbli għaż- żewġ naħat għandha tiġi mitluba u d-deċiżjoni tiegħu tkun waħda li torbot u finali.

(ii)Jekk impjegat li jkun qiegħed jaħdem iħossu ma jiflaħx u l-Maniġment iħoss li għandu jibagħtu lejn id-dar, l-assenza tiegħu mix-xogħol jekk tkun ta’ ħames sigħat jew inqas m’għandhiex tiġi reġistrata bħala ġurnata sick leave. Din l-assenza tiġi mħallsa lill-impjegat bil-paga normali. II- Maniġment iżomm id-dritt li jitlob ċertifikat.

(iii)Ma jiġi permess ebda akkumular ta’ leave għal mard minn sena għal oħra, jekk mhux kif miftiehem f’din il-klawsola

(iv)Impjegat li jkollu appuntament f’Mater Dei waqt il-ħin tax-xogħol jingħata permess jattendi għall-appuntament. Jiġu esklużi appuntamenti privati u appuntamenti marbuta ma’ problem tas-snien.

Kull appuntament iridjiġi akkumpanjatb’notaminn Mater Dei u jiġi permess sa ħames (5) sigħat sick leave hekk kif dikjarat mill-isptar. Kull impjegat għandu d-dmir jattendi għax-xogħol kemm qabel u wara I-appuntament. Sigħat iktar minn ħames (5) sigħat hekk rikjesti mill-impjegat jistgħu jittieħdu taħt kundizzjonijiet marbuta mal-Leave ta’ Vaganza.

(v)Il-benefiċċji għal mard/korriment dovuti skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għandhom jitnaqqsu mill-paga għal dawk il-perjodi biss li matulhom l-impjegat ikun qiegħed jirċievi paga sħiħa. Dawn il-benefiċċji jitnaqqsu mill-paga fix-xahar ta’ wara.

Jekk l-impjegat ikun jista’ jipprova li ma jkunx irċieva ċ-ċekk, m’għandu isir l-ebda tnaqqis sakemm jasallu ċ-ċekk. Iżda jekk l-impjegat jitlef id-dritt tiegħu għal benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali jew għal benefiċċji taħt xi skema simili, billi jonqos milli jsegwi l-istruzzjonijiet jew il-proċeduri li jinħarġu minn żmien għal żmien mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, huwa ikollu jirrifondi l-ammont dovut lill-Kumpanija.

(vi)Kull ċertifikat mediku għandu jiddikjara x-xorta tal-ilment u kemm ikun antiċipat it-tul tal-mard jew id-data probabbli li fiha I-impjegat ikun jista’ jerġa’ jidħol għax-xogħol. Iċ-ċertifikat għandu jsir immedjatament u ippreżentat Iill-Kumpanija mingħajr dewmien.

(vii)L-ebda assenza mix-xogħol ma tiġi kkunsidrata bħala leave għal mard jekk l-impjegat ma javżax il-Kumpanija dwar l-assenza tiegħu bit-telefon jew b’mezzi oħra sa mhux aktar tard minn sagħtejn wara Ii suppost ikun beda x-xogħol.

(viii)L-ebda ħlas ma jkun permess għal-leave għall-mard/korriment jekk fuq parir mediku il-mard jew l-inkapaċità tkun direttament jew indirettament attribwita għat-tort, negliġenza jew traskuraġni tal-impjegat jew minħabba li dan ikun ħa sehem f’xi attività mhux awtorizzata mill- Kumpanija, li tista’ tikkaġuna mard jew inkapaċità. L-istess għandu japplika għall-impjegat li jonqos milli jsegwi l-istruzzjonijiet tat-Tabib tiegħu jew ifixkel it-tabib tal-Kumpanija fil-qadi ta’ dmirijietu.

(ix)Waqt li impjegat ikun fuq leave tal-mard jew korriment, dan għandu joqgħod id-dar. Jekk l-impjegat ma jinstabx id-dar, il-ħlas għal-leave tal- mard/korriment jista’ jinżamm.

(x)Impjegat, li jkun ta’ spiss assenti minħabba mard, jista’ jitqies bħala li ma ikunx f’siktu għax-xogħol u jiġi trattat f’dan is-sens,jekk jiġi ċċertifikat hekk minn speċjalista indipendenti aċċettabbli għaż-żewġ naħat.

(xi)Kull assenza mix-xogħol, li ma tkunx permessa bħala leave għall-mard/ korriment, kemm dak li jitħallas kif ukoll dak li ma jitħallasx, għandha titqies bħala assenza mingħajr leave.

F’każ ta’ korriment ta’ impjegat waqt il-qadi ta’ dmirijietu u liema korriment ikun irrapportat lill-Maniġment tal-Kumpanija fl-istess ġumata tax-xogħol tal- impjegat li fiha jkun sofra l-korriment u kemm-il darba dan il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza u/jew ksur tar-regolamenti ta’ Safety min-naħa tal- persuna korruta, assenza minn fuq ix-xogħol tiġi permessa sa sena waħda (1) b’paga sħiħa suġġett għall-provvediment għall-Klawsola 32 (i), (iv), (v), (vi), (vii), (viii), (ix), u (x).

F’każ li l-korriment ta’ impjegat waqt il-qadi ta’ dmirijietu jirriżulta f’inkapaċità u liema inkapaċità tinstab reġistrata skont l-Att tal-1969 dwar l-impjieg ta’ Persuni Inkapaċitati (Att II ta’ 1-1969), il-persuna korruta tista’ tkun meħtieġa tapplika għar-reġistrazzjoni skont l-Att imsemmi, kemm-il darba din il-persuna tkun tista’ tagħmel dan bla ma titlef l-impjieg tagħha mal-Kumpanija.

Kemm-il darba wkoll il-korriment ma jkunx meqjus bħala riżultat li l-impjegat ikun b’xi mod injora d-dispożizzjonijiet stipulati fi-Att Dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (XXVIII tat-2000), jew xi struzzjonijiet bil-miktub u/jew użanzi stabbiliti li b’mod raġonevoli huwa kien mistenni li josserva għall-iskansar u l-protezzjoni tiegħu.

Għall-fini ta’ dan il-Ftehim ħlasijiet għal korriment skont il-provvediment ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu bla preġudizzju għall-kwistjoni ta’ responsabbiltajiet legali u m’għandhomx jitqiesu bħala ammissjoni ta’ lijabilitajiet legali.

Il-Kumpanija tirrifondi lill-impjegat spejjeż għal mediċini li l-impjegat ikollu bżonn minħabba injury li jkun sofra fuq ix-xogħol. Dawn il-mediċini għandhom jiġu approvati mit-tabib tal-Kumpanija.

33.RATI TA’ PAGI

Ir-rati bażiċi ta’ paga fil-ġimgħa, kull ġimgħa tax-xogħol huma dawk kif jidhru f’Appendiċi ‘B’ li jifforma parti minn, u jinsab mehmuż mal-Ftehim, u kull impjegat għandu jirċievi r-rata ta’ paga li tikkorrispondi mal-grad tiegħu kif assenjata mill-Kumpanija.

Il-pagi u s-salarji għas-snin 2015, 2016, 2017 u 2018 snin jinkludu l-Għoli tal-Ħajja tal-Gvern. Impjegati fuq l-massimu ta’ skala ta’ paga jiżdied l-Għoli tal-Ħajja tal-Gvern hekk kif stabbilit. Meta l-Għoli tal-ħajja tkun ogħla mill- increment ta’ skala, dan l-increment jaġġusta ruħu skont l-ogħli tal-ħajja.

L-Istruttura proposta hija kif indikata u tinkludi ż-żidiet marbuta mal-COLA. Kull increment jinkludu ż-żidiet marbuta mal-Għoli tal-ħajja. Jekk l-COLA tkun iktar mill-increment kontemplata, l-increment jiġi aġġustat biex ikopri

I-COLAhekk kif dikjarata. Impjegati li jkunu fuq l-ogħla skala jiżdiedu bil- COLA.

34. ĦLAS TAL-PAGI

Sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-ħlas ta’ paga, tkun ikkalkolata r-rata normali ta’ ħlas għal kull siegħa maħduma. Dan isir billi r-rata stabbilita ta’ paga għal ġimgħa ta’ xogħol tkun maqsuma b’mod ugwali fuq in-numru ta’ sigħat li jikkostitwixxu l-ġimgħa ta’ xogħol.

Mingħajr preġudizzju għall-Klawsola 28, sabiex ikun stabbilit in-numru ta’ sigħat u/jew parti minnha maħduma, kemm dawk li jkunu parti mis-sigħat normali kif ukoll bħala sahra, għandu jitqies bħala l-ħin maħdum, il-ħin kollu li jikkostitwixxi sigħat sħaħ u/jew perjodi ta’ minuti sħaħ.

II-pagigħandhom jitħallsu permezz ta’ direct credit sat-28 ta’ kull xahar. F’Diċembru l-ħlas isir sat-23 tax-xahar. Għall-industrijali u s-security guards li kienu fl-impjieg qabel l-1 ta’ Jannar 2014, isir advance payment ta’ €326.11 sal-15 tax-xahar.

35. RATI TA' ĦLAS GĦOLA GĦAL ĦINIJIET NORMALI

Jitħallsu b’rati għola mir-rata normali, sigħat ta’ xogħol li jkunu parti mill- ġimgħa normali ta’ xogħol kif muri hawn taħt. Din ir-rata għola għandha dejjem tissostitwixxi r-rata normali.

(a)XOGĦOL IL-ĦADD

F’każ ii bħala parti mis-sigħat ta’ xogħol tal-ġimgħa normali jkun maħdum xi ħin il-Ħadd, dan il-ħin kollu maħdum il-Ħadd għandu jitħallas bir-rata normali doppja (X 2).

(b)XOGĦOL F’VAGANZI PUBBLIĊI

(i)F’każ li bħala parti mis-sigħat ta’ xogħol tal-ġimgħa normali jkun maħdum xi ħin f’ġurnata ta' Vaganza Pubblika li taħbat bejn it- Tnejn u l-Ġimgħa, minbarra fil-każ ta’ impjegati li jaħdmu fuq skeda ta’ ħin skont Klawsola 24, paragrafu (iii) - Skeda ta’ ħinijiet tax-xogħol Ċ, D u F, dan il-ħin kollu maħdum għandu jitħallas b’darbtejn (X 2) ir-rata normali.

(ii)F’każ tal-impjegat li jaħdem fuq l-iskeda ta’ ħin skont Klawsola 24 paragrafu (iii) Skeda ta’ ħinijiet tax-xogħol Ċ, D u F, f’ġurnata ta’ Vaganza Pubblika kemm jekk l-impjegat ikun:

*Duty meta l-Vaganza tkun bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa

JEW

* Ojf duty meta l-Vaganza tkun fi kwalunkwe ġumata tal-ġimgħa jitħallsu b’rata normali doppja (X 2) għal dik il-ġurnata.

Jekk l-impjegat ikun duty meta din il-Vaganza tkun:

* is-Sibt: is-sigħat ta’ xogħol maħduma jitħallsu bir-rata normali għal tliet darbiet (X 3).

* il-Ħadd: is-sigħat ta’ xogħol maħduma jitħallsu bir-rata normali għal tliet darbiet (X 3).

Fil-każ li l-iskeda ta’ shift tkun sospiża għal xi żmien li tinkludi l-ġurnata ta’ Vaganza Pubblika l-impjegat li kien se jkun duty dakinhar ma jitħallasx b’rata għola iżda jgawdi skont il-Klawsola 29 li tirregola Vaganzi Pubbliċi.

(ċ) SEJĦA LURA B’EMERĠENZA F’ĠURNATA TA’ LEAVE TA’ VAGANZA

Impjegat li f’ġurnata li jkun bil-Leave ta’ Vaganza u dakinhar ikun ordnat b’emerġenza jidħol immedjatament għax-xogħol, waqt il-perjodu tat- tmien sigħat tax-xogħol li għalih ikun qiegħed jissejjaħ, u dan jirrapporta għax-xogħol kif ordnat, huwa għandu xorta waħda jitħallas għat-tmien (8) sigħat sħaħ b’rata normali doppja (X 2) u dan ma jitlifx il-ġurnata ta’ Leave ta’ Vaganza peress li dik il-ġurnata titqies li ma ttiħditx leave.

36. ĦLAS TA’ SAHRA

Mingħajr effett fuq il-ħlas għal dak il-ħin kollu li jagħmel parti integrali mill- ġimgħa normali tax-xogħol, isirħlas ieħor fuq il-paga bażika kull meta impjegat jaħdem għal xi ħin li jkun waqt il-ħin jew f’ġurnata ta’ mistrieħ u/jew Vaganza Pubblika u għaldaqstant jitqies bħalaħin maħdum li jeċċedi dak li fin-normalià huwa mitlub minn impjegat. Dan isir skont l-iskeda murija hawn taħt.

Għas-sigħat sħaħ u/jew perjodi ta’ tliet (3) minuti jsir ħlas bir-rata ta’:

(i)Darba u nofs (X 1.5) ir-rata normali għal ħin maħdum li jkun:

(a)Aktar mis-sigħat stipulati maħduma ta’ kull ġurnata tax- xogħol

JEW

(b)Matul ġurnata ta’ mistrieħ tal-impjegat peress li ma tkunx parti mill-ġimgħa tax-xogħol tal-impjegat iżda mhux il-Ħadd

JEW

(c)Matul ix-Shutdown tal-Milied, meta l-impjegat jiġi avżat matul il-ħamest ijiem qabel ix-shutdown biex jidħol jaħdem waqt i x-Shutdown.

(ii) Darbtejn (X 2) ir-rata normali gfial ħin li jlcun mħhdum:

(a)Matul il-ġurnata tal-Ħadd

JEW

(b)Meta impjegat ikun imsejjaħ mid-dar biex jidħol bis-sahra bejn l-għaxra ta’ filgħaxija (10.00pm) u l-ħamsa ta’ filgħodu (5.00 a.m.)

JEW

(c)Matul ġurnata ta’ Vaganza Pubblika

JEW

(d)Matul ix-Shut Down tal-Milied jekk l-impjegat jiġi msejjaħ għax-xogħol waqt ix-Shut Down

Meta impjegat ikun ordnat jidħol bis-sahra u liema sahra tfisser li l-impjegat ikollu jidħol appożitament għax-xogħol biex jaħdem din is-sahra u li wara t-tmiem ta’ dan il-perjodu kollu ta’ sahra se jerġa’ joħroġ minn ġol-fabbrika biex ikompli bil-ħin tal-mistrieħ tiegħu, dan għandu jitħallas minimu ta’ erba’

(4)sigħat sahra bir-rata adattata.

Fil-każ tad-Dispense, hekk kif miftiehem, meta impjegat ikun on call u jintalab mill-klijent jew il-maniġment biex jirraporta għax-xogħol il-Ħadd bejn l-10.00 ta’ filgħodu u s-6.00 ta’ filgħaxija, dan għandu jitħallas minimu ta’ sagħtejn xogħol b’rata ta’ paga x2.

TOIL - TIME-OFF IN LIEU

Impjegati ma jistgħux jakkumulaw iktar minn 40 siegħa time offin lieu fi kwalunkwe perjodu ta’ żmien.

37. ĦLAS TA’ SHIFT PREMIUM

L-impjegati li jiġu ordnati biex jibdew jaħdmu l-ġurnata tax-xogħol tagħhom skont skeda ta’ Shifts, jirċievu Premium ta’:

SKEDA TA’ HINIJIET TAX-XOGĦOL ‘B’

Il-kumpanija tagħraf li x-shift work huwa neċessarju biex tkompli ttejjeb

l-effiċjenzi tagħha u tlaħħaq mad-domandi li jkollha minn żmien għal

żmien. għaldaqstant, il-kumpanija qed tipproponi li tibdel l-istruttura ta’ ħlas ta’ Shift Premium għall-impjegati msejħa fuq Skeda “B” hekk kif

ġej:

Shift ta’ filgħodu:€1.16 (irreferi Appendiċi ‘H’)

Shift ta’ waranofsinhar:€4.07 kull shift

Shift ta’ billejl:€6.40 kull shijt

SKEDA TA’ HINIJIET TAX-XOGĦOL ‘Ċ’

L-allowances tal-Plant Maintenance Fitters jew impjegati meqjusa qabel magħrufa bħala stokers fl-energy centre li jaħdmu fuq shift mifruxa fuq sebat (7) ijiem jitħallsu €6.00 (Shifi Allowance) għal kull shift maħdum.

Dawk l-impjegati minn dipartimenti oħra li jkunu ordnati li jaħdmu fuq l-iskeda ta’ ħinijiet/kundizzjonijiet imsemmija f’din il-kategorija, jirċievu Premium ta’ €3.96 għal kull Shift maħdum.

SKEDA TA’ HINIJIET TAX-XOGHOL ‘D’

Shift AUowance ta’ €22.50 fil-ġimgħa titħallas lis-Security Guards

Il-pagament ta’ din l-allowance prorata jieqaf meta s-Security Guard:

Ikun bis-sick leave Ikun bil-leave imsiefer.

SKEDA TA’ ĦINIJIET TAX-XOGĦOL ‘F'

Din l-iskeda tapplika għad-dipartiment tad-dispense. Impjegati li qegħdin fuq il-five out of six roster jitħallsu allowance ta’ €11.00 fil-ġimgħa.

Impjegati li jkunu oncall il-Ħadd kif indikat fi-iskeda jitħallsu €17.50 għal kull Ħadd li jkunu oncall.

38. PREMIUM GĦAL ĦINIJIET OĦRA Ll JOĦOLQU INKONVENJENT

Jekk ħtija tal-eżiġenzi tax-xogħol impjegat jiġi msejjaħ biex jibda l-ħin tat- tmien sigħat tal-ġurnata tax-xogħol tiegħu fil-ħamsa u nofs (5.30 a.m.) ta’ filgħodu jew qabel jew fid-disgħa ta’ filgħodu (9.00 a.m.) sa nofsinhar, u li peress li huwa rikonoxxut li dan jitlob bidu jew tmiem ta’ ħin ta’ xogħol f’ħinijiet li joħolqu ċerta inkonvenjenza, jitħallas premium ta’ €4.65 għal kull ġumata li jiġi msejjaħ u jagħmel dan.

NOTA: Id-disturbance allowance tapplika biss għal dawk il-ħinijiet ta’ filgħodu li wieħed jissejjaħ biex jidħol qabel is-sitta, jiġifieri biex jaħdem shift mil-5.00 am sas-1.00pm. F’każ li l-impjegat jiġi mitlub li jaħdem sas-2.00pm, din is-siegħa titqies bħala overtime, u d-disturbance allowance titħallas xorta waħda.

39. ĦLAS TA’ ALLOWANCES

(a)SHEER DROP

Il-Kumpanija u l-Union jaqblu li din il-Klawsola ma tissalvagwardjax impjegat milli jieħu prekawzjonijiet neċessarji biex jaħdem f’kundizzjonijiet li jikkostitwixxu sheer drop. Għaldaqstant waqt Ii l-miżuri kollħa għandhom jittieħdu bla riservi, is-sheer drop allowance tiġi meqjusa għal min jixxabbat jew jaħdem ’il fuq minn żewġ (2) metri skont il-Liġi (LN ted-Building Regulations Act tal-1968). L-allowance hi ta’ €2.33 għal kull siegħa sħiħa ta* xogħol maħdum taħt din il- kundizzjoni. Dan ix-xogħol irid ikun awtorizzat mill-Process Leader u/ jew il-maniġer konċernat.

(b )OBNOXIOUS

(ċ) CONFINED SPACE

Għal (b) u (ċ) titħallas Allowance ta’ €3.49 għal kull ġumata jew parti minnha b’minimu ta’ siegħa xogħol.

Fejn jiġi identifikat li qed jitħallsu allowances bla bżonn u b’nuqqas ta’ responsabilità jittieħdu passi dixxiplinari skont il-ħtieġa.

(d) STAND-BY

Tingħata Stand-By AUowance ta’ €2.33 kull ġurnata lill-impjegati kif indikati hawn taħt sabiex f’każ ta’ emerġenza dawn jissejħu biex jirrapportaw għax-xogħol.

Meta impjegat jiġi mitlub ikun Stand-By f’sezzjoni fejn ikun qed isir xogħol bin-Night Shift, skont Klawsola 24 (ii), tibda titħallas Stand-By Allowance ta’ €2.33 kull ġurnata matul il-ġimgħa normali ta’ xogħol li jkun qiegħed jaħdem bejn is-6.00am u s-2:00pm. Din is-sistema ta’ Stand- By tinħadem fuq sistema ta’ roster fost dawk li jkunu qegħdin jaħdmu bejn is-6.00am u s-2:00pm. Dak l-impjegat li jibdel ix-shift tiegħu mix-shift jew għa x-shift ta’ filgħodu f’nofs il-ġimgħa ma jkunx intitolat li jidħol fuq ir-roster għal kumplament ta’ dik il-ġimgħa.

Tingħata Stand-By Allowance ta’ €2.33 kull ġurnata (għas-sebat ijiem tal- ġimgħa) lill-impjegat li jaħdem fuq skeda ta’ ħinijiet tax-xogħol ‘Ċ’ meta ikun mitlub ikun Stand By waqt xi perjodu li fih ma jkunx jaħdem fuq bażi ta’ shift skont Klawsola 24 paragrafu (iii) - Skeda ta’ Ħinijiet tax-xogħol ‘Ċ’ iżda jkun qiegħed jaħdem bil-ġurnata.

Għaldaqstant ikun jitlob li min ikun Stand-By ikun obbligat li jħalli punt ta’ kuntatt sabiex b’mod raġonevoli jkun jista’jiġi kkuntattjat.

Impjegat li jkun imsiefer, marid/korrutjew bl-Leave Speċjali li jagħmilha impossibbli li jirrapporta għax-xogħol wara avviż qasir m’għandux jitqies li jagħmel parti mir-roster li fuqha jkunu ordnati I-impjegati fuq Stand-By.

(e)SOSTITUZZJONI FI GRAD GĦOLA

Impjegat li jiġi mqabbad jossostitwixxi f’xogħol alternativ u liema xogħol ikun ta’ grad ogħla (wara li jkun eċċeda ġurnata xogħol f’dan il-grad), huwa għandu jiġi imħallas Substitution Allowance mill-ewwel ġurnata. Din hija d-differenza bejn il-paga tal-grad tiegħu u lanqas skala fil-grad li l-impjegat jkun qed jagħmel xogħol alternativ. Id-differenza bejn il- paga għandu jkopri d-differenza bejn skala u oħra fil-grad alternativ fuq bażi prorata mal-ġranet maħduma. Dan ix-xogħol għandu jkun approvat mill-maniġer tas-section billi jindika fil-time sheets tal-impjegat. Din l -Allowance m’għandhiex teċċedi ħlas ta’ iktar minn sitt (6) xhur.

(f)XOGĦOL GĦAWDEX

Impjegati li jiġu ordnati biex jagħmlu xogħol Għawdex għandhom jirċievu Allowance ta’ €5.82 kull ġurnata, dan biex jagħmel tajjeb għall-spejjeż ta’ ikel.

(g) TRAINERS ALLOWANCE GĦAT-TECHNICAL COORDINATORS U PROCESS LEADERS

Fil-proċess tal-multi skilling, il-machinists jiġu ttrenjati minn 4 Technical Coordinators u Process Leaders nominati wieħed minn kull zona u dawn ikunu risponsabbli biex jimplimentaw il-programm ta’ tahriġ u ċertifikazzjoni tal- machinists flimkien mad-dipartiment tal-HR u tal-Operations.

Dawn it-Technical Coordinators u Process Leaders - trainers, jingħataw allowance ta’ €6.50 fil-ġimgħa għat-training sakemm jibqgħu rikonoxxuti mill-Kumpanija bħala trainers. Dan ir-rwol ta’ trainers ħu addizzjonali għax- xogħol normali tagħħom.

40 ĦLAS GĦAL-LAQCĦAT U TAĦRIĠ

Laqgħat tax-xogħol u korsijiet ta’ taħriġ obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa rikjesti mill-Kumpanija, li jsiru barra mill-ħin normali tax-xogħol tal-impjegat, jitħallsu b’rata normali (x 1). Is-Sibt jitħallsu (x 1.25), i.e. siegħa u kwart paga.

Fejn rigward ta’ ħlas ta’ taħriġ, il-ħlas isir wara li l-impjegat jiġi ċċertifikat li attenda b’suċċess. Impjegati li jkunu fallew il-kors u ma jiġux iċċertifikati minħabba traskuraġni, ma jitħallsux.

Ċertu korsijiet ta’ taħriġ li torganizza l-Kumpanija fuq bażi volontarja, barra mill-ħin normali tax-xogħol tal-istess impjegat, jistgħu fid-diskrezzjoni tal- Kumpanija jitħallsu b’rata normali (x 1).

41. MULTI-SKILLING GĦAL GRAD TA' MACHINIST U OĦRAJN

Ir-responsabbilitajiet fil-grad ta’ Machinist jinkludu dmirijiet li jirrikjedu li impjegat ikollu l-ħiliet ta’ qari u kitba. Għaldaqstant, impjegati li mill-l ta’ Jannar 2015 mhumiex fil-grad ta’ Machinist u ma għandhomx dawn il-ħiliet, ma jistgħux jiġu promossi għal grad ta’ Machinist.

Għal dan il-għan, il-Kumpanija impenjat ruħha li minn Ottubru 2013 toffri opportunità lil ħaddiema fil-livell ta’ Machinist u Operator biex jattendu korsijiet marbuta ma’ litteriżmu.

Hekk kif in-natura tax-xogħol tesiġi li l-impjegati kollha, speċjalment fil-grad ta’ Machinist ikunu kapaċi jaħdmu skont standards ta’ kwalità ottimali u skont proċeduri stabbiliti f’numru ta’ workstations, jitħaddem il-kunċett tal-Multi- Skilling li japplika għal grad ta’ Machnist u oħrajn hekk kif ġej:

Machinist:

Fil-grad ta’ Machinist, l-impjegati jitħari'ġu biex ikollhom ċertifikazzjoni li tikkonferma set ta’ Basic Skills obbligatorji għal dan il-grad u dawn jinkludu: Basic Fire, Health & Safety awareness, HACCP, Digital Literacy, Food Handling, Basic Engineering u sa massimu ta’ żewġ

(2)workstations li jinkludu waħda mill-workstation ta’ Filler, Washing Machine, Labelling Machine fejn jidħol \\-Beers Packaging u Filler, Labelling Machine u / jew Shrink Wrapping Machine fil-PET u Grupp ta’ skills oħra indikati fl-iskedi ta’ produzzjoni. Dawn jistgħu jinkludu numru raġonevoli ta’ works stations flimkien. L-impjegati jiġu mħarrġa minn trainers tal-Kumpanija u jiġu ċertifikati fil-workstations kollha - fejn possibbli u neċessarju.

Għal dan jitħallsu multi skilling allowances skont il-gruppi ta’ skills li għandhom u li jottjenu. Għaldaqstant f’dawn l -areas il-massimu tal-Multi-skilling allowances li wieħed jista’ jkollu jiġi maqbul skont

l-eżiġenzi tal-operat tal-Kumpanija. Għal fini ta’ dan il-Ftehim, l -Allowances imħallsa fil-ġimgħa jistgħu jammontaw għal:

ZONA______________________ALLOWANCE

Brewing / Process Block: Massimu ta' €7.00 + €7.00 (eskluż ħiliet komuni fiz-zoni indikati)

PET Line u postijiet oħra bħal syrup room: Massimu ta’ €8.00

Beer Packaging: Massimu ta’ €10.00

Dawn l -Allowances, li jistgħu jinkludu wkoll is-sewqan tal-Forklifter, jistgħu ivarjaw skont il-livell ta’ kompetenza rikjesta minn skill partikolari, jew skont in-numru ta’ gruppi ta’ skills li hemm f’dak id- dipartiment / sezzjoni. Il-prerogattiva tibqa’ tal-maniġment biex il- ħaddiema f’kull workstation ikunu maniġibbli kemm għall-korsijiet kif ukoll mil-lat ta’ numru ta’ nies li jistgħu jħaddmu l' workstations.

Mhux eskluż li impjegati jistgħu jkollhom ċertifikazzjoni ta’ workstations ta’ dipartimenti oħrajn relatati mal-Packaging.

Packaging Operatives li kienu fl-impjieg mal-kumpanija qabel 1 ta’ Jannar 2011:

Dawn I-impjegati jistgħu jitħarrġu fuq workstations bħall-F/7/er, Washing Machine, Labelling Machine jew Shrink Wrapping Machine imma sa ċertu livell biss biex ikunu kapaċi jagħmlu sostituzzjoni lill-impjegati machinists għall-perjodu qasir ta’ ħin waqt shift. Madankollu, iridu jkunu kapaċi li jimlew forms skont prattiċi marbuta ma’ gruppi ta’ workstations li huma jiġu ċċertifikati fihom. Għal dan l -Packaging Operators li kienu fl-impjieg qabel l-1 ta’ Jannar 2011 jitħallsu Allowance ta’ €2.00 fil-ġimgħa, wara li l-ħiliet jiġu ċċertifikati u b’hekk il-ħlas ikun effettiv wara ċ-ċertifikazzjoni.

Operatives li jitgħallmu jaqraw u jiktbu u jġibu ċertifikazzjoni marbuta mal- Filler station, Washing Machine Labelling Machine u / jew Shrink Wrapping Machine jiġu promossi għal Machinist, meta jkun hemm il-vaganza meħtieġa.

Iċ-ċertifikazzjoni fuq workstations tiġi riveduta kull 3 snin kemm għal operatives (hekk kif kwalifikat f’din il-klawsola) kif ukoll għal machinist, bl- iskop li l-impjegat jibqa’ aġġornat fuq xogħlu u jaħdem skont l-SOP’s stabbiliti.

Kull operator u machinist għandu jiżgura li jżomm l-area li jkun qed jaħdem fiha skont proċeduri u standards stabbiliti mill-kumpanija u l-awtoritajiet u awduturi kompetenti f’kull ħin.

Warehouse Operators:

Fil-grad ta’ warehouse operators u leading hands, impjegati li jitħarrġu fi skills marbuta ma’ general maintenance, maintenance ta’ racking u impjegati li jkollhom il-liċenzja tat-Transport Malta biex isuqu trailers, jingħataw multi skilling allowance sa massimu ta’ €1.00 fil-ġimgħa għal kull skill. L-Allowance marbuta mal-general maintenance u maintenance tar-racking tibda titħallas wara ċertifikazzjoni.

Iċ-ċertifikazzjoni fuq workstations tiġi riveduta kull 3 snin kemm għal operatives (hekk kif kwalifikat f’din il-klawsola) kif ukoll għal machinist, bl-iskop li l-impjegat jibqa’ aġġornat fuq xogħlu u jaħdem skont l -SOP’s stabbiliti.

Kull impjegat li jitħallas Multi-skilling AUowance għandu jiżgura li jagħmel id-dmirijiet skont il-proċeduri stabbiliti meta jiġi deployed fuq l -workstation I vettura imsemmija għal skop ta’ din il-klawsola.

h-AUowances kollha tal-Multiskilling jistgħu jvarjaw skont il-livell ta’ kompetenza rikjesta minn skill partikolari, jew skont in-numru ta’ gruppi ta’ skills li hemm f’dak id-dipartiment / sezzjoni.

42. 1 L-PERFORMANCE BONUS U ŻIDIET TA' INCREMENTS

L-impjegati kollha huma intitolati għal Performance Bonus li jingħata skont kriterji u proċeduri stabbiliti mill-Kumpanija bil-għan li l-impjegati jilħqu l-oġġettivi tal-Kumpanija u / jew tad-dipartiment kif ukoll oġġettivi individwali. Għaldaqstant l-impjegati jistgħu jibbenifikaw minn dan il-Performance Bonus li jingħata VVouchers sa massimu ta’:

GRADI______________________Performance Bonus Vouchers

Industrijali: Massimu ta’ €130.-

Technicians u Technical Leading Hands; Process Coordinators: Massimu ta’ €180.-

Technical Coordinators: Massimu ta’ €230.-

Dawn l-ammonti jibqgħu l-istess għal kull sena finanzjarja li tibda fl-2015, 2016, 2017 u 2018 u jitħallsu sa mhux iktar tard minn Mejju wara li tkun għalqet is-sena finanzjarja. L-ewwel Performance bonus indikat hawn fuq jitħallas f’Mejju 2016. Dan ikun jirrifletti s-sena finanzjarja 2015-2016.

L-ammont ta’ Performance Bonus li jingħata skont kriterji stabbiliti jibqa’ l-istess hekk kif kien fil-Ftehim preċedent filwaqt li ż-żieda ta’ €30.00 stabilita f’dan il-Ftehim Kollettiv tmur fl-għanijiet tad-dipartiment fejn applikabbli jew tal-kumpanija.

43. FOOD AND DRINK VOUCHERS:

Applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2015:

Industrijali: €125.00 kull sena

Sales Representatives: €380.00 kull sena

Technical Coordinators: €415.00 kull sena

Process Leaders: €415.00 kull sena

Dawn il-vouchers jinħarġu fil-bidu ta’ kull sena.

44. EŻERĊIZZJU TA' JOB EVALUATION

Il-proċess ta’ Job Evaluation li ġie applikat matul il-perjodu ta’ Ftehim 2011 - 2013 tmexxa b’suċċess wara proċess twil imma utili ħafna. Il-partiċipazzjoni tal-union kienet determinata biex jitlesta dan il-proċess b’mod professjonali u f’perjodu relativament qasir ta’ żmien. Il-proċess wassal biex jipprovdi lil kumpanija bażi ta’ struttura ġusta u ordnata.

45. AĠĠUSTAMENTI FL-ISTRUTTURA TAL-GRADI U SALARJI RISPETTIVI

L-Istruttura tinkludi ż-żidiet marbuta mal-COLA. L-increments minn sena għall-oħra japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2015 u jinkludu ż-żidiet marbuta mal-Għoli tal-Ħajja. Jekk l-COLA tkun iktar mill-increment kontemplata, l-increment jigi aġġustat biex jinkludi l-COLA hekk kif dikjarata. Impjegati li jkunu fuq l-ogħla skala jiżdiedu bil-COLA.

Fil-każ tal-Plant Maintenance Fitter (li jibdel il-grad ta’ Craftsman), l-impjegat irid ikun ilu 10 sena f’dan il-grad, kif ukoll irid ikun kwalifikat biċ-ċertifikat ta’ Train the Trainer biex ikun kapaċi jagħmel training lil Plant Maintenance Fitters oħra, technicians jew gradi oħra kif meħtieġ.

Fil-grad ta’ operative, li hu marbut ma’ xogħol ta’ ħiliet limitati, il-Kumpanija tirrikonoxxi li impjegati f’dan il-grad għandhom il-kapaċità li jitgħallmu ħiliet ġodda u jieħdu iktar risponsabbiltà biex ikunu qed javvanzaw bl-istess pass li biha qed tiżviluppa l-Kumpanija bl-investiment kontinwu f’teknoloġija u modi iktar effiċjenti ta’ produttività. Għaldaqstant il-Kumpanija tobbliga ruħha li tagħti taħriġ lill-istess impjegati biex jilħqu dawn il-miri u li, salv f’każi ta’ eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet insormontabbli, l -operative jilħaq l-istandards meħtieġa biex isir machinist. Dan il-Grad jingħata wara li I-impjegatjilħaq il-livelli meħtieġa (ħekk kif stabbilit fil-klawsola marbuta mal-Multiskilling) għal dan il-grad u wara li toħroġ il-vakanza f’dan il-grad skont il-proċeduri li jittrattaw promozzjonijiet u mili ta’ vakanzi.

Grad ta’ Technician

Biex il-Kumpanija tkompli ttejjeb il-livell ta’ operat tagħha huwa neċessarju li ikollha technicians li għandhom kapacità fil-kompetenzi ewlenin fil-qasam tal-produzzjoni u / jew proċessi. Irreferi għat-tabella tas-salarji Ii turi l-gradi u pożizzjonijiet ġodda.

II-grad ta’ Process Technician jinkorpora fih individwi li jkunu kwalifikaw bil- BTEC National Diploma u l-Journeyman Certificate. Impjegat ma jistax jibqa’ f’dan il-grad għall-iktar minn erba’ (4) snin. Technician li ma jkunx ottjena l -Wireman License A u B ma jkunx jista’ jibqa’ fil-grad ta’ Technician, imma jiġi assorbit f’gradi oħra bħal Plant Maintenance Fitter jew Machinist, skont vakanzi li jkunu disponibbli fil-mument, skont il-ħiliet tal-persuna, b’kuntratt ta’ impjieg ġdid li jirrifletti l-kundizzjonjiet tax-xogħol il-grad li fih jiġi assimilat jinkorpora. Għaldaqstant, impjegat jidħol fil-kumpanija fuq kuntratt ta’ erba’ snin bl-impenn li jekk il-persuna jottjeni l -Wireman Licence A u B jinqaleb fuq bażi indefinit bi grad ta’ Technician I. Madankollu, impjegat li daħal f’dan il-grad ta’ Process Technician għax ma kellux l-Iiċenzji neċessarji għandu mill-inqas jagħmel sena waħda f’dan il-grad. Fil-mument li impjegat ikun fil-pussess tal-Wireman License A u B, jidħol fil-grad ta’ Technician I u jkun intitolat għall-increments fil-grad minn sena għall-oħra skont kriterji stabbiliti tal-kumpanija s’issa.

Il-grad ta’ Technician II huwa grad biex jirrikonnoxxi b’ċertifikazzjoni dawk li għandhom il-kompentenzi ewlenin fil-qasam tal-produzzjoni / proċessi u anke aspetti ta’ Leadership li jieħu ħsieb grupp ta’ ħaddiema f’livelli oħrajn. Filwaqt li ir-responsabbilitajiet jibqgħu l-istess minn grad għall-ieħor, huwa mistenni li Technician II jieħu iktar inizjattiva mingħajr il-bżonn dirett tal-intervent tal-Process Leader. L-impjegat jgħaddi minn program ta’ żvilupp li jsir perjodikament li iwasslu għal ċertifikazzjoni wara assessments ta’ kompetenza kemm mil-lat prattiku u aspetti relatati oħra inkluż dik ta’ tmexxija tan-nies.

Grad ta’ Process Leader / Technical Trades Leader:

Il-Grad ta’ Process Leader huwa membru kruċjali fis-sezzjoni tal-Operations għax dawn l-impjegati jorganizzaw, jissorveljaw u jidderieġu I-oqsma kollha tal-proċessi varji u produzzjoni skont standards stabbiliti, jipprovdu rapport lill-maniġment dwar

l-andament tal-operat, u jikkontribwixxu fil-manutenzjoni tal-linji u makkinarji. Fuq kollox, ir-rwol ta’ tmexxijja fl-organizzazzjoni hija I-element fundamentali ta’ sostenn tal-progress ta’ teams u fil-lean thinking fost inizjattivi oħra. Għal dan il- għan il-kumpanijaħolqot grad ġdid ta’ Process / Trades Leader li impjegati fi grad ta’ Technical Production Foreman li issa ser ikun magħruf bħala Technical Coordinator jew Section Leader ikunu jridu japplikaw għalih wara li jinħarġu l-vaganzi meħtieġa.

Jinħarġu applikazzjonijiet għall-Process Leader/s / Technical Trades Leader skont il- ħtiġijiet tal-kumpanija li għandu jkunu kapaċi jintegraw fix-xogħol tagħhom aspetti li jwasslu lill-impjegati oħra fis-sezzjoni tax-shift lijmexxu għal standards stabbiliti fil- kumpanija, billi jipprovdi coaching, motivazzjoni u training lil gruppi operazzjonali biex jiżguraw prodotti ta’ kwalità għolja, u jimmassimizzaw I-effiċjenza operattiva u t-titjib kontinwu tal-proċess kollu. Ikunu kapaċi li jmexxu t-teams lejn lean thinking u inizjattivi oħra u jistgħu jiġu maħtura trainers uffiċjali tal-kumpanija għas-sistema tal-Multi skilling u skemi oħrajn flimkien ma’ gradi oħra li jistgħu jiġu maħtura għal dan il-għan. Filwaqt li l-Leader ikun responsabbli tai-aspetti kollha tax-shift, ikun jista’ jiddelega funzjonijiet tekniċi lill-grad ta’ Techncian hekk kif ikun meħtieġ, biex b’hekk ikun jista’ jiffoka iktar fuq l-aspett tal-Process. Għaldaqstant, il-kumpanija temmen li dawn il-Process I Technicial Trades Leaders ikunu għaddew mill-program Achievement in Management AIM jew korsijiet simili offruti mill-kumpanija u li ser ikun uffiċjalment akkreditat, jew korsijiet oħra akkreditati u relatati hekk kif approvati mis-sezzjoni tal-Performance and Development tal-Human Resources tal- kumpanija. Dawn l-impjegati apparti l-paga bażika, huma intitolati għall-€750.00 fis-sena Performance Bonus - PEAK (li jissostitwixxu l-€200.00 Food and Drink vouchers li kienu marbuta mal-PEAK) u €699.00 għal disponibbiltà tagħhom matul il-ġimgħa. Barra minn hekk huma intitolati għal €415.00 Food and Drink Vouchers bħal leaders oħra.

Impjegati fil-grad preżenti ta’ Technical Production Foreman li ma jintgħażlux jiġu integrati fil-grad ta’ Technical Coordinator on a personal basis. Din hija pożizzjoni temporanja u dan il-grad jispiċċa biż-żmien.

Isiru applikazzjonijiet interni u esterni għal grad ta’ Process Leader immedjatament fl-2015.

46. BENEFIĊĊJI GĦAT-TEMM TAL-IMPJIEG

A.REDUNDANCY GRATUITY

F’każ ta’ terminazzjoni mill-impjieg mill-Kumpanija minħabba raġunijiet ta’ redundancy jew abolition ofposts jew transfer ofbusiness jew b’xi mod ta’ merger jew take over, il-Kumpanija trid tħallas lill- impjegat li jkollu mill-inqas ħames (5) snin servizz - tliet (3) ġimgħat paga għal kull sena servizz, impjegat li jkollu għaxar (10) snin servizz -erba’ (4) ġimgħat paga għal kull sena servizz, impjegat li jkollu aktar minn għoxrin (20) sena servizz - ħames (5) ġimgħat paga għal kull sena servizz.

Kull deċizjoni trid tkun diskussa mal-Union.

B.TLUQ MILL-IMPJIEG MINĦABBA MARD

Impjegat ma jistax jiġi dikjarat li mhux kapaċi jwettaq id-dmirijiet normali tiegħu, minħabba mard jew korriment, qabel ma jkun għamel użu mill-leave ta’ mard, normali kollu tiegħu.

Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li l-impjegat jiġi irtirat, il-Kumpanija għandha, toffrilu impjieg alternattiv xieraq. Jekk impjieg alternattiv bħal dan ma jkunx disponibbli, tiġi deċiża d-data finali meta l-impjegat se jiġi irtirat. F’każi ta’ kwistjonijiet dwar il-kundizzjoni tas-saħħa tal-impjegat konċernat, għandha tinkiseb il-fehma ta’ speċjalista aċċettabbli għaż- żewġ partijiet, li d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.

47. TQASSIR TEMPORANJU TAX-XOGĦOL

(a)Meta, għal raġunijiet li l-Maniġment ma jkollux kontroll fuqhom, il-Kumpanija tiddeċiedi li tissospendi t-tħaddim tal-fabbrika kollha jew parti minnha, minbarra fil-każ tal-egħluq tal-fabbrika, l-impjegati għandhom jispiċċaw mix-xogħol:

(i)B ’paga sħiħa għal kull perjodu ta’ Leave ta’ Vaganza annwali b’paga bażika li ma jkunux użaw.

(ii)B’paga sħiħa għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ (4) ġimgħat.

(iii)B’nofs paga gtial perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ (4) ġimgħat.

(iv)B’ebda paga wara dan.

(b) Il-Kumpanija għandha tgħarraf lill-Union mhux inqas minn erba’ granet sħaħ qabel ma tissospendi t-tħaddim tal-fabbrika kif imsemmi hawn fuq.

48. LEĠIŻLAZZJONI

Il-Kumpanija u l-Union jaqblu illi l-benefiċċji koncessi permezz ta’ dan il- Ftehim m’għandhomx jiġu magħduda ma’ xi benefiċċji simili stipulati bil- liġi eżistenti jew introdotti b’leġiżlazzjoni ġdida matul il-peijodu li fih dan il-Ftehim jibqa’ validu, kemm-il darba l-impjegat jirċievi l-benefiċċju li jkun aktar favorevoli għalih.

49. TALBIET ĠODDA ESKLUŻI

Huwa miftiehem illi ebda talba oħra konnessa mal-kontenut ta’ dan il-Ftehim jew ma’ dawk il-materji li kienu soġġetti għat-trattativi matul in-negozjati li wasslu għall-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, m’għandha titressaq jew tiġi appoġġjata mill-Union jew mill-Kumpanija sakemm ikun qed iseħħ dan il-Ftehim soġġett għal xi tibdil fil-pagi kif jista’ hemm provdut għalih fil-klawsoli 33.

50. LAQGĦAT

Minn żmien għal żmien il-Maniġment u l-Union jistgħu jiltaqgħu biex jiddiskutu xi tibdil li jista’ jinstab meħtieġ.

51. ASSIKURAZZJONI

L-impjegati kollha għandhom ikunu assigurati ma’ Kumpanija stabbilita ta’ Insurance kontra xi inċidenti li jistgħu jinqalgħu waqt il-ħin tax-xogħol (skont ma hemm stipulat bil-liġi).

Il-Kumpanija għaldaqstant trid tassigura l-impjegati fuq xogħol tal-cash u/jew dawk li għandhom x’jaqsmu mal-ġarr tal-flus tal-Kumpanija ma’ Kumpanija stabbilita ta’ Insurance għal somma ta’ mhux inqas minn €69,881 kontra mewt, handicap jew injury waqt jew riżultat ta’ serq, hold ups eċċ.

52. SUSSIDJU GĦALL-ISTUDJU

Il-Kumpanija tirrikonoxxi l-beneliċċji ta’ Skema li tgħin impjegati tagħha jiksbu kwalifiki professjonali.

Biex tagħmel dan il-kumpanija lesta li toħroġ kull sena applikazzjonijiet li jiġu ttrattati b’mod transparenti biex tgħin l-impjegati li jixtiequ jagħmlu l-kors li jwassal għal clegree, diploma jew kwalifiki oħra professjonali rilevanti mal- linja tal-business tal-kumpanija.

53.PROGRAMM TA' ASSISTENZA GĦALL-IMPJEGATI

Numru ta’ impjegati matul is-sena jiffaċċjaw sfidi personali u familjari. Filwaqt li ħafna drabi, b’nies li l-HR ikun jaf bihom, naraw kif nagħtu s-sapport neċessarju, il-kumpanija tħoss li għandu jkun struttura biex l-impjegati jkunu jistgħu jiġu ’l quddiem ħalli jkunu jistgħu jegħlbu dawn l-isfidi b’għajnuna professjonali u iktar malajr.

Fl-istess waqt il-kumpanija tħares ’il quddiem biex flimkien mal-partijiet konċernati nħarsu u nbiddlu l-mod kif qed jiġi mħaddem l -Welfare Fimd, biex flimkien naraw li dan il-fond jiġi amministrat bl-aħjar mod għall-ġid komuni tal- impjegati fil-bżonn.

54. KONKLUZJONI

Dan il-Ftehim jissostitwixxi u jħassar kull Ftehim ieħor.

GĦAL GENERAL WORKERS UNION

KEVIN CAMILLERl

Segretarju

Taqsima Ospitalità u Ikel

KENNY MUSCAT Asst.

Segretarju

Taqsima Ospitalità u Ikel

CHARLES CUTAJAR

Shop Steward

CHARLES BRIFFA

Shop Steward

NICHOLAS VASSALLO

Shop Steward 

NEVILLE À MONTANARO

Shop Steward

Xhud:

TONY ZARB

Segretarju Ġenerali

GĦAL SIMONDS FARSONS

CISK PLC

NORMAN AQUILINA

Group Chief Executive

ANTOINETTE CARUANA

Group HR Manager

TONIO MISFUD BONNICI

HR Services Manager

LOUIS A FARRUGIA

Chairman

APPENDIĊI "A"

TIFSIR U INTERPRETAZZJONIJIET

Għall-iskop ta’ dan il-Ftehim, kull meta jissemmew u/jew issir referenza għall- kliem/frazijiet murija hawn taħt, dawn għandhom ikunu moqrija li jiftiehmu kif ġej:

(a)SENGHA/GRAD PARTIKOLARI

Għalkemm għall-iskop ta’ Appendiċi "B" I-impjegati ta’ snajja’ differenti huma miġburin taħt titoli ta’ gradi komuni, i.e.

-Technician Leading Hand

-Technician

-Plant Maintenance Fitter

għandu jkun meqjus għal kull fini ta’ dan il-Ftehim li kull grupp ta’ impjegat ta’ snajja’ differenti huma gruppi distinti. Dawn il-gruppi distinti fost oħrajn jinkludu:

-Engine Drivers

-Electricians

-Fitters/Turners

-Fabricators/Welders

-Mechanics

-Carpenters

(b)IMPJEGAT:

Sabiex tkun issimplifikata l-kitba ta’ dan il-Ftehim, kull fejn hemm referenza għal “Impjegat” fil-maskil, dan għandu jgħodd ukoll għall- impjegati nisa, kif ukoll fil-plural, kemm fil-maskil, kif ukoll fil- femminil. Dan għandu jgħodd mingħajrħsara għal Klawsoli/Subklawsoli fejn hemm referenza espliċita u esklussiva għall-impjegati rġiel u/jew impjegati nisa.

(ċ) SUPERJUR IMMEDJAT:

Peress li l-istruttura organizzattiva hija ddettata, kemm min-natura tax- xogħol, kif ukoll mid-daqs partikolari tad-Dipartiment ikkonċernat, l-istruttura organizzattiva mhix identika minn Dipartiment għal ieħor. Għaldaqstant il-kliem superjur immedjat għandu jiftiehem li jfisser dak il-grad ta’ superviżjoni, li jkun fuq l-impjegat ikkonċernat.

APPENDIĊI "B"

GRADI U SKALI /RATI TA’ PAGI - INDUSTRIJALI

Għas-sena 2014 kien miftiehem bejn il-kumpanija u l-GWU li jkun hemm moratorium. Dan ifisser li ma kien hemm ebda żieda f’din is-sena ħlief għall- COLA. B’effett minn: 01.01.2015 u tinkludi ż-żieda statutorja għall-għoli tal- ħajja għas-snin 2015,2016,2017 u 2018 ħlief hekk kif spjegat fin-noti wara din it-tabella, tidħol fis-seħħ din l-istruttura.

 

Industrijali

Sena 1

Sena 2

Sena 3

Sena 4

Sena 5

Sena 6

Sena 7

 

Cleaners

815.45

853.32

891.19

929.07

966.94

1004.81

1042.68

 

Operatives1

 

 

 

A

Security assistant

 

 

 

 

 

Merchandisers2

 

 

 

 

 

 

 

Machinist

1167.94

1203.34

1238.74

1274.14

1310.01

1334.01

1358.00

B

Security Guard

 

 

 

 

 

 

Warehouse Operator

 

 

 

 

 

 

 

Building Maintenance

 

 

 

 

 

 

 

Plant Maintenance Fitter3

1311.78

1341.77

1377.21

1407.20

1437.19

1467.18

 

C

Leading Hand

 

 

 

 

Process Technician

 

 

 

 

 

Technician I5

1440.66

1467.88

1495.09

1525.08

 

 

 

 

QA Technician

 

 

 

 

 

 

D

Technician II5

1523.80

1553.80

1583.80

1613.05

 

 

 

Technical Leading Hand

 

 

 

 

 

 

 

Process Co-ordinators

 

 

 

 

 

 

 

Section Leader/ Technical Coordinator6

1698.94

1724.29

1749.64

1774.99

 

 

 

 

Technical Trade Leader

1651.02

1680.00

1710.00

1740.00

1770.00

1805.00

 

E

Process Leaderi

 

 

 

 

 

F

Sales Representative7

1066.88

1092.23

1117.58

1142.93

 

 

 

Sales Coordinator7

1136.76

1162.11

1187.46

1212.81

 

 

 

 

Noti: L-impjegati li jitilgħu fl-iskala jiddependi mis-snin ta’ servizz kif ukoll minn rakkomandazzjoni pożittiva fH-Performance Reviews tagħhom.

(1)Packaging Operators li lcienu impjegati qabel l-1 ta’ Jannar 2011 ser jibqgħu fuq bażi personali u għas-snin 2015, 2016, 2017 u 2018 jingħataw żidiet ta’ €5.85 fil-ġimgħa li tinkludi ż-żieda statutorja tal- Għoli tal-ħajja għas-snin 2015,2016,2017 u 2018.

(2)W-Merchandisers fidl-time huma intitolati wkoll għall-€ 1,000 Performance Bonus fis-sena li jitħallas f’darbtejn filwaqt li l -Merchandisers part-time huma intitolati għall-Performance Bonus ta’ €500.00 fis-sena li jitħallas f’darbtejn. Merchandisers li jużaw il- karozzi tagħhom għax-xogħol li jridu jwettqu għandhom allowance ta’ €2.75 kuljum meta ikunu xogħol.

(3)II-Plant Maintenance Fitter jissostitwixxi dak li kien magħruf bħala Craftsman. Impjegati f’dan il-grad iridu jgħaddu t-Train the Trainer Course u 10 snin servizz biex jieħdu l-aħħar skala.

(5)Technician li jaħdem fis-sezzjoni tal-Kegplant u Ii jmexxi shift ta’ produzzjoni li ma ikunx immexxi minn Technical Coordinator jew Process Leader jitħallas allowance ta’ €5.00 fil-ġimgħa. Din tingħata li persuna waħda f'shift partikolari.

(6)Dan il-grad ta’ Section Leader / Technical Coordinators huwa pożizzjoni temporanja - ara Klawsola 45.

(7)Is-Sales Representatives / Cordinators kollha huma intitolati għal- commission. Impjegati li għadhom fuq l-iskala ta’ Sales Representative (with old conditions) jibqgħu fuq bażi personali. Ir-rata ta’ commission hija differenti minn dawk is-Sales Reps magħrufa l-ġodda. Madankollu, dawn is-sitt impjegati jibqgħu bl-opportunutà ta’ Reliever Scale. II- kumpanija hija kommessa li aktar ’il quddiem titkellem mas-Sales Representatives fuq tibdil fil-mod ta’ kif titħaddem il-commission li bħalissa qed titħaddem.

APPENDIĊI “Ċ”

GĦAT- TECHNICAL COORDINATORS u PROCESS / TECHNICAL TRADE LEADERS

RWOL:

Dawn il-gradi huma fergha tal-Maniġment. Għalhekk huwa tenut Ii jħares l-interessi tal-Kumpanija.

Għandu jiżgura li f’kull ħin ma jsirx ħela jew użu ħażin ta’ ħin, materjal u riżorsi umani.

Bħala rappreżentant tal-Maniġment u peress li hu f’kuntatt dirett mal-impjegati huwa l-obbligu tal -Leader li jżomm records ta’ u jiżgura li x-xogħol allokat lill- impjegati li jirrispondu lilu, ikun sodisfaċenti u magħmul b’effiċjenza.

Jekk il -Leader ma jkollux dawn il-kwalitajiet imsemmija hawn fuq, jew jonqos li jeżercitahom, allura hu ma jistax jibqa’ jiġi kunsidrat bħala leader tajjeb u konsegwentament jista’jiġi suġġett għal demotion jew tkeċċija.

[Dawn ir-responsabilitajiet huma applikabbli wkoll għall-impjegati fil-grad ta’ Technical Coordinators).

APPENDIĊI ‘D’

GHAS-SECURITY GUARDS U SECURITY ASSISTANTS DMIRIJIET:

1.Is-Security GuardslAssistants ikunu direttament responsabbli lejn is- Security Officers li jagħtuhom l-istruzzjonijiet u jmexxuhom fix-xogħol tagħhom.

2.Ghandhom jiktbu, kif ikunu mqabbdin, id-dħul u l-ħruġ tal-vetturi.

3.Kif u meta jiġu mqabbdin, għandhom jattendu ħdejn it-time clocks biex jipprevenu u jaqbdu irregolaritajiet.

4.Għandhom jiċċekkjaw fl-apert, għad-dħul u ħruġ tal-merkanzija, jiktbu dak li hu neċessarju fil-qosor skont l-ordni li jkollhom, u jiffirmaw f’kull każ. Dan jinkludi vetturi tal-aġenti ta’ Farsons, vetturi ta’ Farsons li jqassmu l-ordnijiet, karozzi privati, persuni jew impjegati li jkunu xtraw xi ħaġa, u li dan ikun jaqbel mal-invoice. Il-verifiki tal-ucuħ tat-trakkijiet isir minn fuq platform meta din tiġi kostruwita. Id-dħul u ħruġ ikun approvat meta s-Security Guard /Assistant jagħti l-firma tiegħu.

5.Jieħdu ħsieb iċ-ċwievet tad-dipartimenti li jkunu ġo armarji taċ-ċwievet u jaraw li dawn jiġu mogħtija biss lill-persuni awtorizzati, u li jinżammu reġistri relativi li fihom jassiguraw li l-persuna li tieħu xi ċavetta tiffirma għaliha fil-ħin li tkun ħarġet u/jew daħlet.

6.Jaraw li l-impjegati li joħorġu mill-Birrerija waqt il-ħin tax-xogħol jagħmlu dan bil-permess bil-miktub ta’ min ikun inkarigat minnhom, u li jħallu

l-Identity Cards tagħhom fil-gate li tkun turi l-ħin tal-ħruġ. Barra minn dan għandhom jaraw liħadd majoħroġ mill-Birrerijaħlief mill-bibien approvati. L-Identity Cards tingħata lura lill-impjegati meta u jekk jiġi lura.

7.Jinnotaw fir-reġistri n-numri tal-vetturi kollha ta’ Farsons li jwasslu l-ordnijiet diretti, flimkien mad-destinazzjoni tagħhom, ħin ta’ ħruġ u dħul, kif ukoll l-isem tal-persuna nkarigata mill-vettura. Għandhom ukoll jinnotaw bil-miktub il-ħin fuq il-work sheet li jaħdmu bihom ċerti vetturi ta’ Farsons e.g. għax-xiri li jsir għall -workshop jew garaxx.

8.F’sens ġeneriku, jassistu skont kif jiġu mqabbda biex jipprevenu telf, ikun xi jkun, ta’ propjetà tal-Kumpanija, u f’dan huma mistennija li jużaw intelliġenza, immaġinazzjoni u diskrezzjoni normali.

9.Iżommu reġistri neċessarji għaż-żamma ta’ noti importanti, e.g. Log Book, Order Book, eċċ.

10.Iridu jattendu perjodi ta’ taħriġ fil-First Aid u Fire Fighting Ii jkunu organizzati mill-Kumpanija. Barra minn hekk jagħmlu Maintenance tal- Fire Fighting Equipment skont kif jiġu mqabbdin mis-Superjuri tagħhom, wara li jingħatalhom it-taħriġ meħtieġ.

11.Għandhom joqogħdu għassa skont kif ikunu mniżżlin fuq il-formola tad- Detail of Duties.

12.Ikunu puntwali fil-ħin li jibdew ix-xogħol u li jippanċjaw l-Identity Card tagħħom x’ħin jibdew u x’ħin jispiċċaw. Waqt il-ħin tax-xogħol għandhom jilbsu l-uniformi, u m’għandhom jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol fejn ikunu attwalment għassa, qabel ma jiġu mibdula jew mingħajr permess.

13.Għandhom iżommu l-apparenza nadifa u l-uniformijiet tagħhom f’kundizzjoni tajba. L-uniformijiet il-qodma għandhom jintużaw għall- għassa ta’ billejl, waqt li l-ġodda jintuzaw bi nhar.

14.Għandhom iżommu ruħhom infurmati rigward l-istruzzjonijiet maħruġa fuq id-doveri tagħhom.

15.Jistaqsu lill-impjegati biex jispezzjonaw basktijiet, pakketti u oġġetti simili tal-impjegati, u vetturi skont il-ħtieġa u l-verifiki jsiru skont ma tippermetti il-liġi. Oġġetti li joħorġu / jidħlu ġol-Kumpanija jridu jkunu akkumpanjati minn permess/dikjarazzjoni maħruġa mill-maniġment. L-istess proċedura għandha ssir rigward il-kuntratturi u l-impjegati tagħhom li jkunu qed jaħdmu fuq propjetà tal-Kumpanija. II-Guard / Assistant ma jwettaqx body searches, u f’każ Ii jkun hemm xi suspett tissejjaħ l-awtorità ċivili. L-impjegat jista’jitlob li jkun preżenti xhud li jagħżel huwa stess. Kull spezzjoni u tfittxija għandha ssir b’mod diskret u b’kortesija.

16.Jipproteġu l-propjetà tal-Kumpanija f’kull ħin kontra serq jew ħsara volontarja, kemm minn gewwa kif ukoll minn barra l-post tax-xogħol. Dan jestendi għall-postijiet tax-xogħol kollha tal-Kumpanija fejn ikunu imqabbda jagħmlu għassa, inklużi postijiet oħrajn barra mill-Birrerija ta’ Farsons. F’każijiet ta’ emergenza jew jekk iddoqq xi Burglar Alarm kemm ta’ xi post ta’ Farsons kif ukoll tal-Kumpaniji sussidjarji tagħha għandhom jassistu kif ikunu mqabbda.

17.Jipproteġu bini tal-Kumpanija minn ħsara b’nar jew ilma, jew mill-effett tal-maltemp u ma jħallux issir ħela ta’ materjal.

18.Jassistu, skont ma jiġu mqabbda, biex jipprevenu aċċidenti.

19.Jassiguraw li r-regolamenti kollha tal-Kumpanija li jaffettwaw is-sigurtà tal-propjetà tagħha, jiġu osservati.

20.Jitolbu li jiġu prodotti l-awtorizzazzjonijiet bil-miktub għall-ħruġ ta’ propjetà tal-Kumpanija, inkluż dawk ta’ gtiodda mislufa.

21.Jirrappurtaw ħsarat li jsiru jafu bihom, rigward ilma, steam jew elettriku, kif ukoll xi periklu li jista’ jikkaġuna ħsara lill-propjetà jew nies.

22.Jirrappurtaw l-aċċidenti li jaffettwaw impjegati jew propjetà tal- Kumpanija.

23.Jassiguraw li ma tidħolx f’postijiet tal-Kumpanija ebda persuna jew vettura mingħajr permess, u jaraw li kull min jiġi jitlob permess biex jidħol, jiġi milqugħ tajjeb u megħjun.

24.Iwasslu messaġġi li jirċievu u jħaddmu t-telefon tal-gate meta l-operator ma tkunx xogħol.

25.Jirregolaw it-traffiku u jikkontrollaw il-parking tal-vetturi.

26.Jirrekordjaw il-ħin kif ikunu mqabbda, biex jindikaw li kienu f’post partikolari fil-ħin li jkun indikat fuq il-patrol clock.

27.Jagħmluha ta’ xufiera kif ikunu mqabbda wara l-ħin tax-xogħol jew f’każi ta’ emergenza.

28.Iduru l-post tal-għassa tagħhom u jassiguraw li l-bibien kollha u għeluq ieħor huma maqfula tajjeb u jirrapurtaw l-irregolaritajiet li jsibu. F’postijiet li mhumiex maqfulin għandhom iduru aktar spiss. Għandhom joqogħdu fuq il-post tal-għassa tagħhom u ma jabbandunawhiex mingħajr ħtieġa.

29.Jakkumpanjaw lill-enġiniera, mechanics, jew persuni oħrajn awtorizzati li ikollhom xi ħaġa minn storijiet wara l-ħin tax-xogħol, meta l-ħaddiema ta’ l-istors ma jkunux jaħdmu, biex jaraw li ma tidħolx xi persuna oħra fl-istors.

30.Jieħdu ħsieb it-tlugħ tal-bandiera/bnadar fuq il-postijiet tal-Kumpanija, metajiġu mqabbda.

31.Jagħmlu xogħol ieħor li għandu x’jaqsam mal-impjieg tagħhom, kif jiġu imqabbda mill-Maniġment.

APPENDIĊI “E” GĦALL-INDUSTRIJALI

FLESSIBILTÀ

Bħala parti minn dan il-Ftehim, huwa rikonoxxut miż-żewġ partijiet li fl-aħħar minn l-aħħar huwa għal benefiċċju tal-impjegati tal-Kumpanija li r-riżorsi kollha ikunu utilizzati bl-aktar mod effiċjenti u flessibbli sabiex jintlaħaq l-iskop kummerċjali tal-Kumpanija. Għaldaqstant huwa miftiehem illi:

(a)Kull sforz għandu jsir sabiex l-impjegati jingħataw xogħol skont is- sengħa/grad partikolari ta’ kull wieħed. Iżda meta tinqala’ l-ħtieġa u/jew f’xi Sezzjoni/Dipartiment ikun hemm nuqqas ta’ xogħol, il-Kumpanija tirriserva id-dritt li tittrasferixxi l-impjegat għal xogħol alternattiv kemm fl-istess Sezzjoni u/jew Dipartiment, kif ukoll f’Sezzjonijiet u/jew Dipartimenti oħra tal-Kumpanija. Dan ix-xogħol alternattiv jista’ jkun fi grad kemm għola, jew ugwali, jew inqas minn dak tal-impjegat.

(b)II-Kumpanija tikkonferma li għat-tul tal-perjodu li fih impjegat ikun ittrasferit, u/jew jingħata xogħol altemattiv, dan m’għandux jirriżulta fi tnaqqis fl-istatus tal-impjegat kemm bħala grad, pagi, eċċ. kif ukoll f’kundizzjonijiet oħra tal-impjieg.

(ċ) Kull impjegat għandu jagħmel dak ix-xogħol alternattiv li huwa jiġi ordnat biex jagħmel. F’każ li l-impjegat jagħmel xogħol fi grad għola, ikun żgurat li l-impjegat ikun jaf jagħmel dan ix-xogħol u jekk ikun meħtieġ jingħata t-taħriġ biex jagħmel dan ix-xogħol b’mod effettiv u mingħajr riskju.

(d)Impjegat li skont kif ikun ordnat, jagħmel xogħol alternattiv ta’ grad għola, huwa għandu jitħallas bħala Substitution Allowance dak l-ammont kif spjegat fil-Klawsola 39 (e) ta’ dan il-Ftehim.

(e)Impjegat għandu jagħmel kull sforz sabiex ikun aktar flessibbli fix- xogħol tiegħu, kemm bħala kompetenza Ii għaliha l-Kumpanija qed tagħti taħriġ, kif ukoll flessibilità fil-ħin skont l-eżiġenzi tad-dipartimenti kif miftiehem f’dan il-Ftehim Kollettiv.

Għal kull fini ta’ din il-klawsola, il-Maniġment jaqbel li f’ċirkostanzi straordinarji, jew f’każ ta’ ċaqliq ta’ numru sostanzjali ta’ nies, il-Maniġment jinforma lill-Union.

APPENDIĊI "F” GHAL-LEADERS, GHAS-SECURITY GUARDS/ ASSISTANTS, GHALL-INDUSTRIJALI U GĦAS-SALES REPRESENTATIVES

REGOLAMENTI TAL-KUMPANIJA INTRODUZZJONI

1Għalkemm “il-kuntratt ta’ servizz” kif indikat fil-Att Nru XI taI-1952 li jirregola l-Kundizzjonijiet tal-impjieg, jitlob biss li “jissemmu bir-reqqa I-multa jew multi li l-impjegat jista’ jeħel dwar kull għemil, jew nuqqas ta’ għemil, li għalih tista’ titwaħħal multa”, inħass il-bżonn li biex jiġi żgurat il-ġid tal-Kumpanija bħala soċjetà, iridu jiġu żgurati relazzjonijiet armonjużi fost l-impjegati. Dawn ir-regolamenti huma intenzjonati biex jintlaħaq dan l-iskop.

2Permezz ta’ dawn ir-regolamenti, impjegati jkunu jistgħu jagħrfu x’inhu mistenni minnhom rigward imġiba u kwalità ta’ xoghol, u għalhekk nuqqas kontra dawn ir-regolamenti jpoġġi l-individwu f’sitwazzjoni fejn jistgħu jittieħdu passi dixxiplinari kontrih.

3Mhux il-ħsieb ta’ dawn ir-regolamenti li jnaqqsu b’xi mod il-libertà tal- individwu, iżda għal kuntrarju biex jiggarantixxu relazzjonijiet tajba fost l-impjegati kollha f’din il-Kumpanija.

4Għalhekk, l-impjegati kollha huma mistennija li jkunu midħla ma’ dawn ir-regolamenti u għal dan l-iskop il-Maniġment jagħti kopja ta’ dawn ir- regolamenti lilhom u lil kull impjegat ġdid.

5Ħafna mir-regolamenti huma bbażati fuq obbligi li impjegat jidħol għalihom meta jiffirma I-kuntratt tal-impjieg, bħalma huma obbligi li jagħti servizz b’fedeltà u onestà, li jaħdem b’ċerta sengħa u għaqal fix-xogħol tiegħu, Ii jobdi struzzjonijiet leġittimi u li ma jkunx hemm imġiba ħażina.

6Għalkemm dawn ir-regolamenti żviluppaw skont il-bżonnijiet partikolari tal-Birrerija, huwa importanti li wieħed jenfasizza li l-ebda sett ta’ regolamenti ma jista’ jkopri kull ċirkostanza li tista’ tinqala’. Baira minn dan, il-bżonn tar-regolamenti jvarja skont iċ-ċirkostanzi partikolari; bħal pereżempju t-tip ta’ xogħol.

Kien il-ħsieb kostanti waqt l-ifformular tagħhom li dawn ir-regolamenti jkunu ċari u fil-qosor. Dan biex jiżgura li jsir xogħol b’effiċjenza u mingħajr periklu u biex ikun hawn relazzjonijiet sodisfaċenti fil-Kumpanija. Għaldaqstant dawn ir-regolamenti murija hawn taħt m’għandhomx jitqiesu li huma kollox jew li jeskludu regolamenti oħra. B’mod partikolari wieħed għandu jinnota li f’każ ta’ inċident li jista’ jitqies bħala nuqqas fl-imġiba, anki jekk dan ma jkunx imniżżel speċifikament hawn taħt, jista’ jpoġġi l-impjegat f’sitwazzjoni fejn jistgħu jittieħdu passi dixxiplinari kontrih.

Mhuwiex il-ħsieb ta’ dawn ir-regolamenti li b’xi mod jissuperaw il-liġijiet eżistenti tal-pajjiż, jew liġijiet li għad jeżistu, waqt l-implimentazzjoni ta’ dawn ir- regolamenti.

ATTENDENZA

L-impjegati għandhom jirrappurtaw għax-xogħol skont il-ħinijiet miftiehma u b’mod partikolari kull impjegat għandu:

(a)Josserva dawk ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-ħinijiet tax-xogħol skont kif jitlob ix-xogħol tagħhom.

(b)Josserva d-dispożizzjonijiet dwar Leave għal Mard/Korriment kif jidhru fil-Ftehim Kollettiv li jitolbu l-impjegat javża l-assenza tiegħu minn fuq ix- xogħol u l-bżonn li l-impjegat jiġi ċċertifikat mit-tabib.

(ċ) Josserva d-dispożizzjonijiet dwar Leave Annwali ta’ Vaganza kif jidhru fil-Ftehim Kollettiv - b’mod partikolari li l -Leave ta’ Vaganza jittieħed biss wara li t-talba għal-leave tkun approvata.

(d)Josserva l-kundizzjonijiet li jispeċifikaw il-tul tal-breaks.

(e)M’għandux jorqod waqt il-ħin tax-xogħol.

(f)L-impjegati m’għandhomx iħallu l-post tax-xogħol tagħhom u/jew imorru f’dipartimenti oħra li m’għandhomx x’jaqsmu direttament max- xogħol normali tagħhom mingħajr ma jkunu ħadu permess minn qabel.

2RELAZZJONI MAL-IMPJEGATI OĦRA

L-imġiba tal-impjegati għandha tkun tali li żżomm relazzjonijiet sodisfaċenti

bejn l-impjegati u bejn l-impjegati u l-Maniġment, u partikolarment:

(a)M’għandhomx iġibu ruħhom b’mod abbużiv, vjolenti jew irrisponsabbli ma’ impjegati oħra.

(b)M’għandhomx iġibu ruħhom b’mod abbużiv u vjolenti, jew ta’ insubordinazzjoni ma’ superjuri tagħhom jew Maniġer.

(ċ) M’għandhomx intenzjonalment jagħmlu ħsara jew jabbużaw mill- propjetà tal-impjegati oħra jew ta’ min iħaddimhom jew ta’ xi ħadd ieħor.

(d)Għandhom jobdu ordnijiet leġittimi mogħtija lilhom minn superjur tagħhom.

(e)M’għandhomx jagħmlu propaganda politika jew xi propaganda oħra li tista’ ittellef l-armonija u x-xogħol fejjiedi tal-oħrajn.

(f)M’għandux isir ċajt goff jew storbjuż.

(g)M’għandhomx jużaw kliem ħażin jew baxx fi kliemhom ma’ impjegati oħra jew superjuri jew xi persuna oħra.

(h)M’għandhomx itellfu uffiċjali tal-Kumpanija fil-qadi ta’ dmirijiethom.

3RELAZZJONI MAL-KLIJENTI U/JEW VIŻITATURI

Impjegati li jiġu f’kuntatt mal-viżitaturi u klijenti għandhom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom iġibu ruħhom b’mod li jżommu relazzjonijiet sodisfaċenti mal- viżitaturi u/jew klijenti u b’mod partikolari:

(a)Għandhom jittrattaw il-klijenti u/jew viżitaturi b’mod ċivili.

(b)M’għandhomx intenzjonalment jagħmlu ħsara jew jabbużaw mill- propjetà tal-klijenti u/jew viżitaturi.

(ċ) M’gtiandhomx iġibu ruħhom b’mod abbużiv jew vjolenti ma’ klijenti u/ jew viżitaturi jew ma’ xi membru tal-pubbliku ieħor.

(d)Kull meta jkunu fuq ix-xogħol, li għalih ikunu ngħataw uniformi (ilbies) approvati appożitament, jilbsu dan l-ilbies.

(e)Għandhom iżommu livell ta’ Ibies u dehra sodisfaċenti, b’mod partikolari jekk ix-xogħol tagħhom iġibhom f’kuntatt mal-pubbliku.

4SIGURTÀ GĦAS-SAĦĦA

(a)L-impjegati m’għandhomx ipejpu f’postijiet immarkati “Tpejjipx”.

(b)L-impjegati għandhom josservaw kull istruzzjoni biex tiġi ssalvagwardata is-Saħħa kif ikun indikat fid-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal- 1986 dwar fattoriji (Saħħa, Skansar u Ħsieb Ġenerali għal Ġid) u liġijiet oħrajn li joħorġu minn żmien għal żmien relatati mas-saħħa u sigurtà jew xi struzzjonijiet bil-miktub u/jew użanzi stabbiliti. Għaldaqstant għandhom jużaw l-apparat, ilbies u żraben maħruġin appożitament mill- Kumpanija biex jissalvagwardjaw is-saħħa tal-impjegati.

(ċ) L-impjegati m’għandhomx iġibu ruħhom b’mod li jistgħu jipperikolaw lilhom infushom u lil sħabhom l-impjegati, jew lil membri tal-pubbliku, jew il-propjetà tal-Kumpanija, jew propjetà ta’ membri tal-pubbliku, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom

(d)L-impjegati m’għandhomx ikunu taħt l-influwenza tax-xorb jew drogi waqt li jkunu għax-xogħol. Il-Kumpanija għandha dritt li ssaqsi impjegat biex jattendi għal testijietkliniċi minn nies kompetenti, bl-approvazzjoni tal-impjegat.

(e)L-impjegati għandhom jużaw vetturi u inġenji tal-ġarr għal skopijiet awtorizzati biss, u m’għandhomx jużawhom għal trasportar mhux awtorizzat ta’ passiġġieri.

(f).L-impjegati li huma awtorizzati biss jistgħu jħaddmu makkinarju w/jew vetturi.

(g)L-użu tal-mobile phone hu suġġett għar-regolamenti li jissalvagwardjaw l-effiċjenza u s-saħħa u s-sigurtà skont il-liġi.

5STANDARD TA’ XOGĦOL U L-LEALTÀ LEJN IL-KUMPANIJA

(a)L-impjegati għandhom jaħdmu bil-ħsieb, attenzjoni u bis-sengħa u mingħajr ħela ta’ ħin, u li jsegwu istruzzjonijiet tax-xogħol kif indikat u li jilħqu l-livell ta’ kwalità ta’ xogħol kif mistenni minnhom.

(b)L-impjegati m’għandhom bl-ebda mod jitfgħu bl-aġir tagħhom dell ikrah fuq ir-reputazzjoni tal-Kumpanija u/jew li jista’ jkun ta’ tfixkil fit- tħaddim effiċenti tal-istess Kumpanija.

(ċ) L-impjegati m’għandhomx jagħmlu xogħol barrani, kemm għalihom personali kif ukoll imqabbad minn terza persuna, iżda għandhom jagħmlu biss xogħol tal-Kumpanija waqt il-ħin tax-xogħol.

(d)L-impjegati m’għandhomx jaħdmu għal/bħala kompetitur tal-Kumpanija.

(e)L-impjegati m’għandhomx jgħaddu informazzjoni konfidenzjali lil persuni mhux awtorizzati.

6FRODI U MIŻAPPROPRIJAZZJONI (Żamma ta’ oġġetti mingħajr permess jew b’qerq)

L-impjegati fil-qadi ta’ dmirijiethom m’għandhomx iżommu għandhom flus jew oġġetti mingħajr permess jew b’qerq għad-dannu tal-Kumpanija, tal-impjegati l-oħra, viżitaturi jew klijenti u partikolarment:

(a)Għandhom jimlew skont kif meħtieġ u b’mod eżatt, time sheets, u/jew formoli oħrajn li jindikaw ix-xogħol li jkun sar.

(b)M’għandhomx jippanċjaw Identity Cards ta’ impjegati oħra jew iħallu impjegati oħra jippanċjawlhom tagħhom, lanqas m’għandhom jimlew ħażin formoli li juru l-attendenza fuq ix-xogħol.

(ċ) M’għandhomx iżommu jew jakkwistaw mingħajr permess flejjes jew oġġetti ta’ propjetà tal-impjegati oħra, jew ta’ min iħaddem, jew ta’ klijent, jew ta’ viżitatur, jew ta’ xi persuna oħra waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

(d) M’għandhomx jagħmlu użu minn materjal li jappartjeni lill-Kumpanija ħlief fuq xogħol tal-Kumpanija u għaldaqstant għandhom jirritornaw lejn l-istor respettiv kull materjal żejjed li ma jkunx meħtieġ għax-xogħol.

(e) M’għandhomx jagħmlu dikjarazzjonijiet b’mod mhux korrett lil min iħaddimhom dwar informazzjoni li tikkonċerna l-impjieg tagħhom.

7 OĦRAJN

(a)M’għandux isir twaħħil ta’ avviżi fil-propjetà tal-Kumpanija jekk ma jkunx mogħti permess minn qabel mill-Kumpanija.

(b)L-impjegati m’għandhomx jagħmlu laqgħat waqt il-ħin tax-xogħol jew fil-propjetà tal-Kumpanija mingħajr ma jkunu ngħataw permess minn qabel.

(ċ) L-impjegati m’għandhomx jużaw il-propjetà tal-Kumpanija biex fiha jagħmlu negozju/ġbir privat mhux awtorizzat.

(d)L-impjegati għandhom josservaw ir-regolamenti maħruġa mill-Gvern li jirregolaw l-iġjene u ndafa, b’mod speċjali dawk li jirregolaw il- produzzjoni tal-Ikel u Xorb u kull regolament ieħor dwar l-iġjene kif jinħass il-bżonn minn żmien għal żmien.

(e)Għandu jsir użu minn faċilitajiet ipprovduti mill-Kumpanija għal kull konsum ta’ xorb u ikel.

L-impjegat għandu jilbes f’post addattat fejn tidher l-ID card ipprovduta mill- Kumpanija matul il-ħin kollu li l-impjegat ikun fuq ix-xogħol. Dan jinkludi wkoll l-ħinijiet tad-dħul u ħruġ.

Il-kumpanija tforni l-għodda neċessarja biex isir ix-xogħol. L-impjegat konċernat għandu jiffirma għall-għodda mogħtija lilu fil-mument tal-konsenja. L-għodda kollha u l-ilbies protettiv mislufa lill-impjegat għandhom jiġu ritornati qabel ma jitlaq mis-servizz tal-kumpanija jew meta jiġi mitlub.

Il-kumpanija tipprovdi personal locker. L-użu tal-locker huwa suġġett għar- regolamenti li toħroġ il-kumpanija minn żmien għal żmien.

APPENDIĊI “G"

Dan li ġej japplika biss għal dawk l-impjegati li kienu fis-servizz fil-31 ta’ Marzu 1979.

(A) IL-PENSJONl U BENEFIĊĊJI TAL-WIDOWS & ORPHANS

(i)L-impjegati li baqgħu membri tal-SFC Staff Pension Scheme jibqgħu jirċievu l-benefiċċju kollha dovuti skont ir-regolamenti tal-istess Scheme.

(ii)L-impjegati li kienu jaħdmu mal-Kumpanija fil-31 ta’ Marzu 1979 u li ma baqgħux membri tal-SFC StaffPension Scheme huma intitolati - mill- Kumpanija - f’każ ta’ mewt waqt li għadhom impjegati mall-Kumpanija, għal benefiċċji tal-Widows & Orphans. Għal fini biss tal-pagament ta’ dawn il-benefiċċji l-Kumpanija timxi skont kif hemm provdut fl-istess regolamenti tal-SFC Staff Pension Scheme kif kienu fil-31 ta’ Marzu 1979.

(B) BENEFIĊĊJU GLOBALI GĦAL MEWT WAQT IS-SERVIZZ

(i)Il-werrieta tal-impjegat li baqa’ membru tal-SFC Staff Pension Scheme u li jmut fis-servizz tal-Kumpanija, ikunu intitolati għal somma ekwivalenti għal paga ta’ tliet (3) ġimgħat għal kull sena sħiħa ta’ servizz.

Din tkun pagabbli kif ġej:

(a)Somma ekwivalenti għal (52) tnejn u ħamsin ġimgħa paga titħallas mill- Pensions Board skont regolament numru 13 tar-regolameti taI-SFC Staff Pension Scheme.

(b)Jekk dan l-ammont ikun iżjed mill-ekwivalenti ta’ (52) tnejn u ħamsin ġimgħa paga l-bilanċ żejjed jitħallas mill-Kumpanija bħala Benejiċċju gtial mewt waqt is-servizz.

(ii)Il-werrieta tal-impjegat li ma baqax membru tal-SFC Staff Pension Scheme u li jmut fis-servizz tal-Kumpanija, ikunu intitolati għal somma ekwivalenti għal paga ta’ tiiet (3) ġimgħat għal kull sena sħiħa ta’ servizz, b’pagament minimu ta’ sena paga.

(Ċ) Dak l-impjegat li jkun baqa’ membru tal-SFC Staff Pension Scheme

ikun għażel li jieħu pensjoni differita skont ir-Regola 8 ta’ Staff Pension Scheme ma jkunx intitolat għall-pagament mill-Kumpanija ta’ Redundancy Gratuity skont il-klawsola 41 (a).

(D) Id-dritt għal pensjoni normali, skont ir-regolamenti tal-SFC Staff Pension Scheme tal-impjegat membru tal-istess Scheme m’għandux jiġi bl- ebda mod affettwat jekk tiġi applikata l-klawsola Numm 46 TQASSIR TEMPORANJU TA’ XOGĦOL li qiegħda fil-Ftehim Kollettiv iffirmat bejn SIMONDS FARSONS CISK PLC U T-TAQSIMA, OSPITALITÀ U IKEL TAL-GENERAL WORKERS UNION, perjodu 01.01.2011 sa 31.12.2013

APPENDIĊI “H”

MOD TA’ HLAS TA’ SHIFT TA’ FILGĦODU

Max-shift premium ta’ waranofsinhar jitħallas dejjem €1.16 premium tax-shift ta’ filgħodu. Jiġifieri kull shift premium ta’ waranofsinhar jitħallas b’€4.07 + €1.16.

NOTA

Meta m’hemmx ħtieġa ta’ shifting, minflok mis-7.00 a.m. sal-4.00 p.m. b’siegħa brejk il-Kumpanija tista’ tħalli l-impjegati jżommu l-ħinijiet mis-06.00 a.m. sas-2.00 p.m., u f’ċirkustanzi simili mhux applikabbli l-premium ta’ filgħodu.

APPENDIĊI “I”

IMPJIEG TA’ CASUALS BIL-KUNTRATT DEFINIT

Impjieg ta’ casuals għal perjodi definiti jsir meta jkun ħemm ħtieġa għal xogħol temporanju, f’każijiet ta’:

Eżiġenzi ta’ xogħol staġjonali

Ħtieġa għal kopertura ta’ assenzi temporanji tal-impjegati permanenti.

Żieda temporanja fix-xogħol mhux ippjanat.

Hekk kif ikollha ħtieġa, il-Kumpanija timpjega ħaddiema casuals (perjodu definit) bil-paga ta* €168.38 fil-ġimgħa* (jingħataw xogħol taħt il-grad ta’ Machinist). Casuals jingħataw impjieg b’kuntratt minimu ta’ 4 ġimgħat, 6 ġimgħat jew 12-il ġimgħa. Tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jekk meħtieġa jsiru skont wieħed minn dawn il-perjodi. Impjieg ta’ Casuals bil-kuntratt definit qatt m’għandu jeċċedi 7 xhur.

Nota A: *Rata li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Nota B: Casuals ta’ 16-il sena u casuals ta’ 17-il sena u studenti universitarji eċċ jitħallsu skont in-National Minimum Wage tal-Gvern.

APPENDIĊI “J”

HLAS TAL-ALLOWANCE GĦALL-KWALIFIKI

Skema ta’ ħlas għall-kwalifiki speċifiċi li jkollhom l-impjegati tas-sengħa:

Technical Coordinators / Process Leaders

Technician Leading Hands

Technicians

Plant Maintenance Fitters

Kwalifiki

€ fil-ġimgħa

Kategorija

Higher Technician Diploma

Full Technician Elect / Mech / Shipbuilding

Fellenberg Diploma

ATD

€5.24

 

Ordinary Technician Diploma Electrician / Mechanical Tech Course Part 2 Electrical Installation Course Part 3 Electronic Servicing Part 3 B. Tech. Nat Diploma

€3.72

A

Licence“B”

Licence “A” / “C” /“E” (engine drivers)

€2.91

B

Licence “A”

€2.33

 

Vocational Qualification III

€3.26

 

Vocational Qualification II

€2.67

 

Vocational Qualification I

€2.09

C

 

(i) Simultanjament minn kategorija waħda jista’ jsir pagament wieħed biss, li jkun l’ogħla pagament applikabbli għall-persuna konċernata.

Simultanjament jistgħu jsiru pagamenti minn kwalunkwe żewġ kategoriji biss (ie.: A & B jew B & Ċ)

Il-Vocational Qualification intiża għall-impjegati li ma kellhomx l-opportunità jottjenu kwalifiki tekniċi formali. Din tkun skema li ssir b’kollaborazzjoni mal-Employment & Training Corporation. In-nies li japplikaw jiġu eżaminati minn Board ofTrade skont is- sengħa partikolari u tinħareġ kwalifika skont il-livell ta’ kompetenza (ie Level I, II, III).

Ftehim Kollettiv bejn Simonds Farsons Cisk plc u t-Taqsima Ospitalità u ikel tal-General Workers' Union 01.01.2014 - 31.12.2018 - 2014

Start date: → 2014-01-01
End date: → 2018-12-31
Name industry: → Manufacture of beverages, Retail sale of food, beverages and tobacco in specialised stores, Wholesale of food, beverages and tobacco
Public/private sector: → In the private sector
Concluded by:
Name company: → 
Names trade unions: → 

TRAINING

Training programmes: → Yes
Apprenticeships: → No
Employer contributes to training fund for employees: → Yes

SICKNESS AND DISABILITY

Maximum for sickness pay (for 6 months): → 100 %
Maximum days for paid sickness leave: → 20 days
Provisions regarding return to work after long-term illness, e.g. cancer treatment: → No
Paid menstruation leave: → No
Pay in case of disability due to work accident: → No

HEALTH AND SAFETY AND MEDICAL ASSISTANCE

Medical assistance agreed: → No
Medical assistance for relatives agreed: → No
Contribution to health insurance agreed: → No
Health insurance for relatives agreed: → No
Health and safety policy agreed: → No
Health and safety training agreed: → 
Protective clothing provided: → 
Regular or yearly medical checkup or visits provided by the employer: → 
Monitoring of musculoskeletal solicitation of workstations, professional risks and/or relationship between work and health: → 
Funeral assistance: → Yes

WORK AND FAMILY ARRANGEMENTS

Maternity paid leave: → 14 weeks
Maternity paid leave restricted to 100 % of basic wage
Job security after maternity leave: → No
Prohibition of discrimination related to maternity: → No
Prohibition to oblige pregnant or breastfeeding workers to perform dangerous or unhealthy work: → 
Workplace risk assessment on the safety and health of pregnant or nursing women: → 
Availability of alternatives to dangerous or unhealthy work for pregnant or breastfeeding workers: → 
Time off for prenatal medical examinations: → 
Prohibition of screening for pregnancy before regularising non-standard workers: → 
Prohibition of screening for pregnancy before promotion: → 
Facilities for nursing mothers: → No
Employer-provided childcare facilities: → No
Employer-subsidized childcare facilities: → No
Monetary tuition/subsidy for children's education: → No
Paid leave per year in case of caring for relatives: → 7 days
Paternity paid leave: → 3 days
Leave duration in days in case of death of a relative: → 2 days

GENDER EQUALITY ISSUES

Equal pay for work of equal value: → No
Discrimination at work clauses: → Yes
Equal opportunities for promotion for women: → No
Equal opportunities for training and retraining for women: → No
Gender equality trade union officer at the workplace: → No
Clauses on sexual harassment at work: → No
Clauses on violence at work: → Yes
Special leave for workers subjected to domestic or intimate partner violence: → No
Support for women workers with disabilities: → No
Gender equality monitoring: → No

EMPLOYMENT CONTRACTS

Trial period duration: → 180 days
Part-time workers excluded from any provision: → No
Provisions about temporary workers: → No
Apprentices excluded from any provision: → No
Minijobs/student jobs excluded from any provision: → No

WORKING HOURS, SCHEDULES AND HOLIDAYS

Working hours per day: → 8.0
Working hours per week: → 40.0
Working days per week: → 5.0
Maximum overtime hours: → 8.0
Paid annual leave: → 25.0 days
Paid annual leave: → 5.0 weeks
Rest period of at least one day per week agreed: → Yes
Maximum number of Sundays / bank holidays that can be worked in a year: → 
Paid leave for trade union activities: →  days
Paid leave to attend court or for administrative duties: →  days
Provisions on flexible work arrangements: → Yes

WAGES

Wages determined by means of pay scales: → Yes, in one table
Adjustment for rising costs of living: → 

Premium for evening or night work

Premium for night work only: → No

Payment for standby work

Payment for standby work: → EUR 2.33
Payment for standby work Sundays only: → No
Payment for standby work all days per week: → Yes

Premium for overtime work

Premium for overtime work: → 150 % of basic wage

Premium for hardship work

Premium for hardship work: → EUR 3.49 per month

Premium for Sunday work

Premium for Sunday work: → 100 %

Meal vouchers

Meal vouchers provided: → Yes
Meal allowances provided: → No
Free legal assistance: → No
Loading...